simon schembri – Page 2 – One News

Notifiki

Il-kuntistabbli Simon Schembri b’66% diżabilità-l-Assistent Kummissarju jgħid li Liam Debono qallu li kien jaf li tajjar pulizija

Meta dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Liam Debono li jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil tal-kuntistabbli Simon Schembri, il-Kap tad-Dipartiment tal-Ortopedija fl-isptar Mater Dei Ray Gatt saħaq li l-pulizija sofra minn 66% diżabilità fl-ortopedija.

Ray Gatt eżamina lil Schembri fuq ordni tal-Qorti wara l-inċident u mhux dakinhar li seħħ fil-15 ta’ Mejju li għadda.

Fil-preżenza tal-akkużat li għalkemm deher bilqiegħda kalm, kien qed jagħti b’saqajh, xehdu bosta uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija.Aqra aktar

Tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Liam Debono

Dalgħodu qed tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ Liam Debono, iz-zagħżugħ li qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri.

Fis-seduta ta’ dalgħodu xehed PC30 mit-taqsima tar-riżorsi umani li ikkonferma li Simon Schembri huwa membru tal-pulizija u li huwa stazzjonat fit-taqsima tat-traffiku.

Xehed ukoll Steven Cachia rapreżentat mit-Transport Malta kif ukoll PC 919 li dakinhar tal-inċident kien xogħol u flimkien mal-kollegi tiegħu marru wara l-akkużat li prova jaħrab minnhom u wara li ħabat mal-ħajt, ħareġ mill-karozza u ħarab jiġri. PC 1189 mis-sezjoni tal-RIU spjega kif meta wasal fuq ix-xena tal-aċċident ra persuna bl-uniformi imċarta, mixħut mal-art bid-dmija u wara li niżluh fil-lock up ħaduh il-clinic tal-Furjana għax kellu xi grief f’irkopptu u xi marki f’idejh mill-manetti.

Ix-xhieda kompliet b’Martin Cassano li ġie inkarigat li jieħu l-karozza Mercedes silver li kienet involuta fl-aċċident fl-SVS fejn il-pulizija jiċċekjaw il-karrozi u li jinsab ġewwa l-Menqa. Il-Kuntistabbli 161 Scerri stazzjonat fic-Cyber Crime kien inkarigat biex jiprisserva l-profil tal-Facebook ta’ Liam Debono u żammu kopja ta’ kull ħaġa li kellu fuq Facebook.

Frans Cutajar li għandu r-raba viċin ta’ Kandja li tinsab mat-triq kompla spjega kif malli sema li kien hemm aċċident viċin ir-raba tiegħu, mar jara x’kien ġara u ra tkaxkira kbira mal-ħajt li huwa propjeta tiegħu.

Liam Debono lura l-Qorti b’akkużi dwar serq ta’ vetturi

Iż-żagħżugħ Liam Debono, li jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri, reġa’ lura l-Qorti mixli b’att ta’ serqiet minn vetturi.

Hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih b’rabta ma’ serq ta’ żewġ vetturi u mutur, u li dan saħansitra saq u żamm dawn l-istess vetturi.  Sostna ukoll li mhux ħati li saq mingħajr liċenzja jew assikurazzjoni xierqa.Aqra aktar

Send this to a friend