simon schembri | One News

Notifiki

Simon Schembri jinħatar Surġent tal-Pulizija

L-Uffiċjal tal-Pulizija Simon Schembri nħatar fil-kariga ta’ surgent it-Tnejn waqt ċerimonja mmexxija mill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u l-Ministru Michael Farrugia.

Il-Ministru qal li ċ-ċerimonja tal-lum hi pass ieħor ’il quddiem fejn Simon Schembri ġie maħtur fil-kariga ta’ surġent. Schmebri ingħata din il-kariga minħabba l-ispirazzjoni u l-għaqda li rnexxielu jġib fil-Korp tal-Pulizija. Simon Schembri rnexxielu jwaqqaf ukoll fondazzjoni li tgħin lill-membri tal-korpi dixxiplinati meta jkollhom bżonn l-għajnuna. Kien l-ispirazzjoni wkoll biex il-gvern iħaffef il-miżura mħabbra fil-baġit u jdaħħal skema ta’ assigurazzjoni għall-uffiċjali tal-korpi dixxiplinati kollha, li mistennija titwettaq din is-sena.

Il-Kummissarju Lawrence Cutajar fakkar li ċ-ċerimonja tat-Tnejn kienet waħda importanti għall-Korp tal-Pulizija, għax hi riżultat tax-xogħol li rnexxielu jikseb Simon Schembri wara l-inċident.

“Meta ġejt bżonn, sibt, u nħeġġeġ lin-nies biex jibqgħu jagħtu d-demm!”- Il-Kuntistabbli Simon Schembri

“L-għoti tad-demm importanti kif ġejt bżonnu jien tista tiġi bżonnu int! Agħti d-demm!”.

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Kuntistabbli Simon Schembri meta żar il-bank tad-demm. Schembri kellu bżonn ammont ta’ demm meta kien qed jissielet għal ħajtu fit-taqsima tal-kura intensiva fl-isptar f’Mejju li għadda. Dan wara li spiċċa mkaxkar mal-400 metru f’Ħal Luqa waqt li kien qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu ta’ Uffiċjal tal-Pulizija. Aqra aktar

“M’għadnix Simon li kont qabel imma ġejt Simon aħjar milli kont”

Tnediet il-Fondazzjoni Simon Schembri Blue Light Foundation. Fondazzjoni li twaqqfet wara dak li għadda minnu l-kuntistabbli Simon Schembri.

F’din il-Fondazzjoni hemm koperti il-pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili, Forsi Armati ta’ Malta, ħaddiema tal-emergenza u ħaddiema tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin.

Hermann Mula qal li l-għaqda twaqqfet wara li grupp ta’ ħbieb ta’ Simon ingħaqdu biex jgħinu lil Simon u ħassew li għandha titwaqqaf din il-fondazzjoni li se tkun qed toffri għajnuna li diġà joffri lill-istat.

Fil-fondazzjoni se jkun hemm Bord: membru minn forzi tal-ordni u Teżorier u Segretarju Eżekuttiv indipendenti.

Fl-ewwel kummenti tiegħu Simon Schembri beda b’ringrazzjament lejn il-familja tiegħu, l-istaff mediku u anke l-bank tad demm.

Qal li ħajtu inbiddlet u m’għadiex kif kienet imma bl-għajnuna ta’ sħabu sar Simon aħjar milli kien.

Studju għal iżjed rispett lejn il-Pulizija- il-Ħamis titwaqqaf il-Fondazzjoni ta’ Simon Schembri

Il-Fondazzjoni ‘Simon Schembri – Blue Light’ li se titwaqqaf uffiċjalment nhar il-Ħamis mill-Kuntistabbli Simon Schembri se tkun imsejsa fuq erba’ għanijiet prinċipali.

Ewlenin fosthom dik li tipprovdi għajnuna psikoloġika lill-Uffiċjali tal-Korpi Dixxiplinati u l-istaff tal-Emerġenza, u għajnuna finanzjarja lil minn sfortunatament ikun involut f’ xi inċident fuq il-post tax-xogħol tiegħu.

Iżda mhux biss! Aqra aktar

Liam Debono jinħeles mill-arrest

Liam Debono, iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri, inħeles mill-arrest fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €40,000.

Il-Qorti Krimnali, ppreseduta mill-Imħallef Antonio Mizzi laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest wara li semgħet id-difiża mmexxija mill-Avukat Franco Debono tisħaq li l-akkużat huwa preżunt innoċenti sakemm ikun ippruvat li huwa ħati tal-akkużi kontrih. Żiedet tgħid li skont xhud pajżan, kien il-kuntistabbli li mexa quddiem il-karozza meta din kienet miexja.Aqra aktar

Send this to a friend