Silvio Schembri – Page 7 – One News

Notifiki

€600,000 bħala soluzzjoni għall-immaniġġjar ta’ materjal organiku ġġenerat mill-irziezet

Ġew allokati aktar minn nofs miljun ewro f’fondi sabiex jiġu investiti f’riċerka bħala soluzzjoni innovattiva għall-immaniġġjar ta’ materjal organiku ġġenerat mill-irziezet f’pajjiżna.

Dan wara li ġie ffirmat memorandum of understanding bejn il-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija, l-MCST u l-agenzija tal-governanza għall-bio-riżorsi agrikoli.Aqra aktar

Malta tagħżel li tmexxi – Silvio Schembri

Dwar DLT l-Ewropa għandha mistoqsija waħda xi twieġeb, jew li tmexxi jew li ssegwi. Malta għażlet li tmexxi – Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jindirizza Fintech and Digital Innovation Regulation Conference fi Brussell.

Meta kien qed jindirizza l-konferenza bit-tema Fintech and Digital Innovation Regulation fi Brussell is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri ppreżenta d-deċiżjoni li ħa pajjiżna, dik li jħaddan it-teknoloġija u taddotta qafas leġiżlattiv f’qasam li preżentament għadu mhux irregolat. Schembri spjega t-twaqqif t’Awtorità ġdida, Malta Digital Innovation Authority li se tkun responsabbli miċ-ċertifikazzjoni u superviżjoni ta’ arranġamenti teknoloġiċi.

Aqra aktar

Inizjattiva Prima b’riċerka fis-sistema tal-ikel fl-agrikultura, immaniġġjar tal-ilma u agrikultura sostenibbli

Il-Gvern allokka 5 miljun ewro għall-innizjativa Prima. Inizjattiva li ġiet innegozjata waqt il-presidenza tal-kunsill tal-Unjoni Ewropea f’pajjiżna.

Riċerkaturi se jingħataw fondi għar-riċerka u innovazzjoni fl-oqsma tas-sistema tal-ikel fl-agrikultura , immaniġġjar tal-ilma u agrikultura sostenibbli. Dan se jagħti possibilità sabiex ricerkaturi Maltin jaħdmu fuq riċerka mar-riċerkaturi barranin, ġejjien minn 19-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea u anki barra mill-Unjoni Ewropea.

Is-segretarju parlamentari Silvio Schembri qal li l-tibdil soċjali qed ikollu impatt fuq l-industrija. Filwaqt li tenna l-importanza tar-riċerka f’dan il-qasam, huwa ddeskriva l-programm Prima bħala storja ta’ suċċess.

L-ewwel fid-dinja: opportunità jew riskju?

Il-Prim Ministru ilu jitkellem dwar kif fid-dinja kompetittiva tal-lum ir-riskju hu dejjem ikbar meta ma tagħmel xejn. Dan wassal biex fl-aħħar jiem is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri ħabbar qafas ta’ regoli ġodda għal dik li qed tissejjaħ Distributed Ledger Technology. Iżda, x’inhi din it-teknoloġija u kemm għandha bżonna. F’intervista mal-gazzetta KullĦadd, Schembri jispjega li din hi teknoloġija li potenzjalment tista’ tħalli impatt fuq il-ħajja tagħna u l-mod kif isir in-negozju daqs l-internet. Għalhekk il-ħtieġa ta’ trasparenza u effiċjenza u għalhekk ukoll il-ħtieġa li Malta ma taqtax lura iżda tkun protagonista. Saħansitra hemm min jemmen li din hi viżjoni li tista’ toħloq niċċa ekonomika li tkun kbira daqs il-gaming. Aqra aktar

Malta b’ ekonomija ġdida; l-ewwel tat-tip tagħha fid-dinja

Pajjiżna beda jimplimenta l-viżjoni li Malta tkun katalista fl-innovazzjoni ekonomika fid-dinja. Dan bil-ħolqien ta’ ekonomija ġdida, l-ewwel tat-tip tagħha fid-dinja, b’potenzjal li fi żmien ħames snin tkun kbira daqs is-settur tal-gaming f’pajjiżna.

Dan permezz ta’ qafas legali li se jkun qed jirregola teknoloġiji ġodda, fosthom il-munita virtwali, li fil-preżent mhumiex irregolati. Dan qed iwassal għal nuqqas ta’ ċertezza u protezzjoni fost l-investitur.

Aqra aktar

Twaqqif t’entità responsabbli mir-reġistrazzjoni ta’ kumpaniji

Fiż-żmien li ġej se jibda proċess li se jwassal għall-ħolqien ta’ entità ġdida li se tkun responsabbli mir-reġistrazzjoni ta’ kumpaniji, ħabbar is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri waqt li indirizza konferenza annwali tal-IFSP bit-tema ‘Efficiency and Innovation, the way forward for Malta’s Financial Services Industry’.

Waqt il-konferenza Silvio Schembri spjega li t-twaqqif tal-entità se jpoġġi lill-MFSA f’pożizzjoni iżjed b’saħħitha u tkun tista’ tiffoka aħjar fuq l-irwol regolatorju. Silvio Schembri rrefera għall-bżonn li tissaħħaħ l-istruttura interna tal-Awtorità b’mod li tirrifletti l-iżviluppi li seħħew matul iż-żmien u b’hekk l-Awtorità tkun iżjed proattiva u tesplora niċeċ ekonomiċi ġodda f’dan is-settur. “Dan se jkun fl-irwol tal-kariga l-ġdida fi ħdan l-Awtorità, il-kariga ta’ kap eżekuttiv”, qal is-Segretarju Parlamentari filwaqt li żied li dan qed iseħħ b’riżultat ta’ konsultazzjoni pubblika li tnediet ftit xhur ilu fejn instemgħu l-ħsibijiet tal-industrija u tal-pubbliku u kif jaraw li l-Awtorità se tkompli tevolvi fis-snin li ġejjin.

Silvio Schembri tkellem dwar il-bżonn li jsir assessjar kontinwu ta’ kif nibqgħu dejjem kompetittivi fejn għandhom x’jaqsmu l-prezz u l-ħolqien tal-valur miżjud, u dan jista’ jseħħ biss permezz tal-innovazzjoni. F’dan il-kuntest, kompla s-Segretarju Parlamentari, qed isseħħ l-inizjattiva tal-Gvern, dik li ‘jirregola’ r-riżultat minn DLT u minn teknoloġija oħra relatata. “Irridu li s-servizzi finanzjarji jkunu qabel iż-żmien tagħhom”.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri rringrazzja lil IFSP li flimkien ma’ entitajiet finanzjarji oħra appellaw lill-imsieħba ekonomiċi u lill-mezzi tal-media biex jaħdmu flimkien fl-aqwa interess tal-industrija. “Kullħadd għandu rwol xi jwettaq biex nissalvagwardjaw ir-reputazzjoni eċċellenti ta’ pajjiżna”, qal Silvio Schembri.

Malta bl-iktar esibituri fl-ikbar fiera tal-Gaming

Malta kienet l-iktar pajjiż mistieden li kellu esibituri fl-ikbar fiera tal-gaming li ssir fid-dinja. B’59 esibitur Malta kellha iktar esibituri mill-Istati Uniti li kellha 41 esibitur. Kif mistenni kien ir-Renju Unit, il-pajjiż li kien qed jospita l-fiera, li kellu l-ikbar ammont ta’ esibituri b’iktar minn 170 esibitur.

Il-fiera bl-isem ta’ Totally Ice Gaming f’Londra ġabret  taħt saqaf wieħed il-krema tas-settur tal-gaming minn madwar id-dinja, tant li kull pajjiż li b’xi mod imiss ma’ dan il-qasam jara li jkollu sehem fiha.

Aqra aktar

“Alibaba” b’interess li tinvesti f’pajjiżna

F’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, il-Kumpanija “Alibaba” għaddejja bi preżentazzjoni dwar l-interess li għandha biex tinvesti f’Malta.

Din hija l-akbar kumpanija dinjija fir-“Retail Commerce” fid-dinja, iżda apparti minn hekk, tispeċjalizza f’għadd ta’ teknoloġija oħra.

Il-preżentazzjoni qed issir fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari tas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri, u ċ-Ċermen tal-Awtorità Maltija tal-Logħob Joe Cuschieri.

Is-Segretarju Parlamentari qal li dan huwa jum importanti għal pajjiżna li jimmarka pass ‘il quddiem lejn aktar investiment barrani f’pajjiżna.

Tnediet l-ewwel Blockchain App mibnija f’pajjiżna

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri ħabbar li għaddejja ħidma biex jinbeda proċess ta’ ttestjar għall-użu ta’ muniti diġitali fl-industrija tal-logħob.

Waqt it-tnedija ta’ app ġdida għas-suq tal-propjetà li taħdem permezz tat-teknoloġija blockchain,  li saret minn kumpanija privata bl-isem ta’ Ledger Projects, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri spjega kif se jkun ittestjat l-użu ta’ cryptocurrencies fl-iGaming permezz ta’ Sandbox. Min ikun qed jilgħab se jkun jista’ jħallas u jitħallas lura permezz ta’ muniti diġitali tal-għażla tiegħu.Aqra aktar

Send this to a friend