Silvio Schembri – Page 6 – One News

Notifiki

Tnedija tal-inizjattiva ‘Ċavetta Diġitali’ – kors b’xejn dwar l-użu bażiku tal-internet

Is-Segretarji Parlamentari Silvio Schembri u Anthony Agius Decelis attendew għal lezzjoni dwar l-użu bażiku tal-internet bħala parti mill-inizjattiva ‘Ċavetta Diġitali’ – kors qasir immirat li jgħin lil dawk li għandhom minn 55 sena ’l fuq u li m’għandhomx ħiliet bażiċi ta’ ICT biex jitgħallmu ħiliet bażiċi għall-użu tal-internet.

Aqra aktar

PwC TKABBAR L-OPERAT TAGĦHA F’MALTA

Tħabbret l-espansjoni tal-bini tal-kumpanija rinomata Price WaterhouseCoopers li ser twassal għal spazju miftuħ ta’ 2000 metru kwadru.  Kumpanija li bdiet bis-settur tal-awditjar, u llum il-ġurnata iddiversifikat f’numru ta’ servizzi fosthom dawk ta’ assigurazzjoni, legali u taxxa,  kif ukoll timpjega total ta’ 650 ruħ.

Aqra aktar

Att ġdid dwar il-Logħob Approvat mill-Parlament Malti

Ilbieraħ, il-Parlament Malti approva t-tielet u l-aħħar qari tal-Att il-Ġdid dwar il-Logħob, li huwa ntiż u mistenni li jgħolli l-profil ġurisdizzjonali ta’ Malta minn lat regolatorju billi jsaħħaħ ir-rwol superviżorju tal-MGA, speċifikament il-funzjonijiet ta’ konformità u ta’ infurzar tagħha sabiex tikseb aħjar l-objettivi regolatorji tagħha. Dan dejjem f’konformità ma’ żviluppi konkorrenti marbuta ma’ miżuri kontra l-ħasil tal-flus u miżuri fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

Aqra aktar

Illejla titressaq mozzjoni fil-Parlament dwar l-att il-gdid dwar il-gaming

Illejla fil-Parlament is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri se jressaq mozzjoni biex jibda l-ewwel qari dwar l-att il-ġdid dwar il-gaming. Dan ħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri u c-Chairman tal-Awtorità Maltija għal-Logħob Joseph Cuschieri.

Silvio Schembri spjega li l-liġi ġdida hija riżultat ta’ konsultazzjoni pubblika li saret is-sena li għaddiet. Qal li l-liġi l-ġdida qed tpoġġi l-qasam tal-gaming taħt att wieħed u hija mibnija fuq tlett prinċipji fundamentali , Effiċjenza, Relevanza u Sostenibilità. Spjega kif bl-Att il-ġdid l-Awtorità se ssibha iktar faċli biex taddatta għal bidliet li jġib miegħu id-dinamiżmu ta’ din l-industrija bħall-impatt li qed tħalli t-teknoloġija.

Aqra aktar

Interess qawwi fil-qafas regolatorju propost dwar it-teknoloġija DLT

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri esprima sens ta’ sodisfazzjon għall-interess qawwi li qed jintwera b’rabta mal-qafas regolatorju propost dwar it-teknoloġija DLT li ressaq il-Gvern Malti ġimgħatejn ilu u li issa qiegħed għall-konsultazzjoni pubblika.

Meta kien qed jindirizza l-konferenza bit-tema ‘Reflections on the Proposed DLT Regulations’ mtella’ mill-Assoċjazzjoni Blockchain Malta, Silvio Schembri spjega li l-qafas regolatorju qed jipproponi li tinħoloq Malta Digital Innovation Authority , li ssir reġistrazzjoni b’mod volontarju ta’ dawk li joffru servizzi b’rabta ma’ din it-teknoloġija u Arranġamenti Teknoloġiċi bħal fil-qasam ta’ smart contracts.  Il-qafas regolatorju jinkudli fih reġim, żvilluppat mill-MFSA, għall-ICOs u dawk li joffru servizzi fil-qasam ta’ muniti diġitali.

Aqra aktar

Tnedija tal-MITA Student Placement Programme

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni nieda l-MITA Student Placement Programme, konferma tal-appoġġ tal-Gvern għal dan il-programm u l-importanza li għandu għaż-żgħażagħ tagħna.

Aqra aktar

Send this to a friend