Silvio Schembri – Page 2 – One News

L-MFSA twitti t-triq biex tkun fost l-aqwa regolaturi tas-servizzi finanzjarji fl-Ewropa

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA nediet il-viżjoni u l-istrateġija tagħha għat-tliet snin li ġejjin.

L-MFSA ppubblikat ukoll dokument ta’ konsultazzjoni dwar l-istrateġija tal-FinTech u pproponiet li tintroduċi ċentru ta’ innovazzjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha nediet l-immaġini l-dida tagħha f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA Joseph Cuschieri qal li din il-viżjoni tiddefinixxi l-missjoni tal-Awtorità u l-viżjoni strateġika tagħha.

Huwa semma li din il-viżjoni hija msejsa fuq erba’ pilastri fosthom ir-riżors uman, it-teknoloġija, u aktar involviment tal-partijiet kkonċernati.Aqra aktar

Malta b’vuċi fl-akbar avveniment dwar il-blockchain fil-Korea t’Isfel

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri indirizza l-ftuħ tal-Blockchain Governance World Summit f’Seoul fil-Korea t’Isfel. Dan huwa l-akbar avveniment li jiffoka fuq it-tema tal-blockchain tal-Korea t’Isfel, li ġabar rappreżentanti minn madwar id-dinja sabiex jiddiskutu u jiddefinixxu l-importanza tal-irregolar tat-teknoloġija blockchain fuq livell globali.Aqra aktar

ARA: Delia b’marmalja biex toffendi lil min jikkritikah

Għall-programm Xarabank ta’ nhar il-Ġimgħa, Adrian Delia reġa’ ħa miegħu grupp ta’ nies li x-xogħol tagħhom kien jintimidaw u jfixklu lil min ma jaqbilx mal-Kap. Tant li kien hemm ħinijiet minnhom fejn l-atmosfera fl-udjenza kienet tixbah lil dik fil-foyer tad-Dar Ċentrali fi ġranet meta Adrian Delia tkellem biex jisfida lil dawk li mhumiex ġejjin mill-fazzjoni tiegħu. Aqra aktar

Il-Gvern se jagħti protezzjoni u serħan tal-moħħ dwar il-muniti virtwali bħall-bitcoin

Ikun aħjar li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma jattakkax il-qasam tal-Blockchain, li Malta bi kburija kienet l-ewwel pajjiż fid-dinja li lleġislat favurih biex jinħoloq aktar xogħol, u jkun inċentivat aktar tkabbir ekonomiku.

Dan qalu s-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali, u Innovazzjoni b’reazzjoni għal dak allegat minn Adrian Delia f’intervent fuq ir-radju l-Ħadd filgħodu.

Is-Segretarjat Parlamentari qal dan b’referenza għal allegazzjoni ta’ Adrian Delia l-Ħadd filgħpodu dwar il-bitcoin. Fi stqarrija kien iċċarat ukoll li s-Segretarjat qed jieħu l-passi kollha meħtieġa f’dan il-qasam, fosthom anke permezz tal-Pulizija. Intqal ukoll, kif kontra tal-ħafna insinwazzjonijiet li prova jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni, dan il-Gvern se jkun qed jagħti aktar protezzjoni u serħan tal-moħħ anke għall-muniti virtwali bħal ma hi l-bitcoin. Apparti dan, ftit tal-ġimgħat ilu ġiet imnedija kampanja mis-Cyber Security Steering Committee sabiex il-pubbliku jkun infurmat b’attivitajiet frudulenti.Aqra aktar

L-Awtorità għall-Innovazzjoni Diġitali tiltaqa’ għall-ewwel darba

L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali, l-MDIA, iltaqgħet għall-ewwel darba l-Erbgħa mas-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità l-Ġdida se jkun magħmul minn Joshua Ellul bħala Chairman, u s-Sinjuri Lara Boffa, Patrizia Busuttil, Sandro Micallef, Loui Mercieca, David Matrenza, Charmaine Tanti Camilleri, Nigel Vella u Omar Vella. Segretarju tal-Bord Dr Douglas Aquilina.Aqra aktar

ARA: Malta tmexxi l-iffirmar ta’ dikjarazzjoni konġunta għal iżjed kooperazzjoni dwar teknoloġija DLT

Sitt pajjiżi tan-Naħa t’Isfel tal-Unjoni Ewropea ffirmaw dikjarazzjoni ta’ Malta dwar il-qasam tat-teknoloġija magħrufa bħala DLT, sabiex jikkoperaw flimkien dwar dan il-qasam diġitali.

Id-dikjarazzjoni ta’ Malta kienet xprutnata mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, li fisser dan il-jum bħala wieħed storiku u importanti għal Malta.Aqra aktar