silvio parnis – Page 5 – One News

Notifiki

Diskuss l-irwol tal-Kunsilli Lokali

Sar studju dwar il-vijabilità ta’ ċentri reġjonali mħaddma mir-reġjuni lokali li kien ippreżentat lill-gvern.

Dan irriżulta f’laqgħa li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsill Lokali, Silvio Parnis, kellu mal-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali fejn kien ikkonfermat li r-reġjun tax-xlokk ressaq dan l-istudju fuq proġett maħsub bl-isem ta’ reach out.

Il-ħsieb nibet mill-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali li ħarġet bl-idea li f’kull wieħed mir-reġjuni li hu mqassam fihom pajjiżna jkun hemm ċentru ta’ dan it-tip.

Mario Fava, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, spjega l-effett li jħallu f’ħajjet ir-residenti ċentri bħal dawn jekk kemm-il darba jsiru.

Aqra aktar

“In-nies igawdu l-frott ta’ Gvern li jisma’”

Il-Baġit 2017 kien l-aħħar minn sensiela ta’ konfermi li l-Partit Laburista mill-Gvern, mhux biss huwa Gvern li jisma’, imma fuq kollox li jieħu azzjoni.

Fi stqarrija d-deputat Laburista Silvio Parnis fakkar li fost l-ewwel minn sensiela ta’ deċizjonijiet li se jkunu qed jibbenefikaw minnha n-nies, hemm dik li dawk kollha li jbatu bid-dijabete tat-Tip 1 minn din il-ġimgħa se jkunu jistgħu jibdew jibbenefikaw minn erba’ sticks kuljum biex jiċċekkjaw iż-żokkor b’xejn irrispettivament mill-età.

“Din hija ċertament deċizjoni li se tkun qed tagħmel id-differenza f’ħajjet dawk il-persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni. Inkoraġġanti huwa wkoll il-fatt li mis-sena d-dieħla din il-miżura se tibqa’ tkun estiża anke għal dawk li għandhom dijabete tat-Tip 2 u qegħdin fuq l-insulina saħaq Silvio Parnis.

Aqra aktar

Gvern li bil-provi jrid jirriġenera n-naħa ta’ isfel ta’ Malta

Id-deputat Laburista u Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta, Silvio Parnis, qal li d-deċizjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li tapprova l-iżvillup tal-estensjoni u l-konverżjoni tal-British Building ta’ Baċir Numru Wieħed f’Bormla, għal użu mill-American University of Malta, huwa pass importanti ieħor fi twettieq ta’ dan l-akbar proġett b’investiment dirett barrani li kien attirat lejn in-naħa ta’isfel ta’ Malta. Dan il-proġett se jwassal biex dan is-sit storiku, wara snin twal ta’ abbandun, ikun trasformat fi klassijiet, zoni ta’ rikreazzjoni u studios.

“Gvern Laburista bil-provi qed juri r-rieda u determinazzjoni tiegħu li jirriġenera u jagħti d-dinjità mistħoqqa lill-familji, negozji u ambjent fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta” qal Silvio Parnis.

Aqra aktar

Lejn Raħal Ġdid isbaħ

Fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid beda x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tal-latrina fi Triq il-Foss.

Dan wara li l-Gvern ħabbar proġett ta’ riġenerazzjoni għal din il-pjazza, li biex mhux biss jitjieb l-ambjent iżda titjieb l-esperjenza ta’ min imur jixtri miz-zona. Pjazza Antoine de Paul hija waħda mimlija attività kummerċjali, u l-għan hu li jiżdied l-ispazju miftuħ għan-nies. Il-proġett mistenni jiġi jiswa €3 miljuni u huwa ppjanat li jitlesta sa tmiem din il-leġiżlatura.

Aqra aktar

Send this to a friend