silvio parnis | One News - Part 3

Notifiki

Riġinerazzjoni ta’ Ġnien il-Mediterran, f’Raħal Ġdid

Bħalissa għaddejja ħidma fi Ġnien il-Mediterran li jinsab f’Raħal Ġdid sabiex dan ikun jista’ jitgawda minn kull min iżur din il-lokalità. Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis illum żaru dan il-ġnien sabiex jagħtu aġġornament dwar ir-riġinerazzjoni tiegħu.

Aqra aktar

Varar ta’ photobook mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa

Ilbieraħ, l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju, 2018 inzammet konferenza tal-aħbarijiet mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa fl-okkażjoni ta’ varar ta’ photobook ġdid dwar il-lokalità tal-Imtarfa, bl-isem ta’ L-Imtarfa – Belt il-Ġmiel u li fih xejn inqas minn 86 paġna u 146 ritratt u huwa maqsum fi 8 sezzjonijiet.

Għal dan il-għan, il-Kunsill ikkummissjona fotografu mill-lokal, is-Sur Reuben Seychell. Għalkemm minnu nniffsu huwa photobook u għaldaqstant l-enfasi sar fuq ir-ritratti, il-ktieb fih ukoll introduzzjoni għal kull sezzjoni, u din ħa ħsiebha s-Sur Vincent Zammit, li huwa gwida turistika, lecturer kif ukoll konsulent dwar l-istorja u l-kultura.

L-għan prinċipali tal-ktejjeb huwa biex iqarreb lit-turisti kif ukoll lil Maltin li m’humiex midħla tal-Imtarfa, mal-istorja u s-sbuħija unika ta’ dan il-villaġġ ċkejken. Fi kliem l-istess editur, is-Sur Zammit jgħid li normalment ħafna nies jafu l-Imtarfa biss mill-bogħod, għaliex tinsab ezattament faċċata tas-swar tal-Imdina. Meta wieħed jasal wasla sal-Imtarfa izda jiskopri wirt li tħalla mill-Inglizi prinċiparjament imma mhux biss. Fil-fatt fl-Imtarfa wieħed jista’ jsib anke oqbra puniċi u cart ruts fost oħrajn.

Is-Sindku, Dott. Daniel Attard, fisser kif dan il-ktieb huwa ħolqa oħra mill-vizjoni ħolistika tal-Kunsill illi jpoġġi l-Imtarfa fuq il-mappa turistika lokali. Dan flimkien ma’ proġetti oħra li qed jaħdem fuqhom l-istess kunsill, primarjament ir-restawr tat-torri tal-arloġġ, il-bini ta’ ċentru ta’ interpretazzjoni għat-turisti u r-riġenerazzjoni tal-pjazza.

Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet attenda wkoll l-Onorevoli Silvio Parnis, Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, f’isem il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fejn faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill, li għalkemm zgħir, irnexxielu inaqqax paġna importanti fl-istorja tiegħu bil-publikazzjoni ta’ dan il-ktieb.

 

Illum tinfetaħ triq prinċipali f’ Raħal Ġdid

Illum se tinfetaħ it-triq prinċipali li tagħti għal salib it-toroq ma’ Triq Luqa, Triq Tarxien u Triq Palma. Fl-istess mkejjen se jerġa’ jiżdied il-parkeġġ.

Imiss li tiġi installata street furniture tal-ogħla livell u titlesta l-biċċa ta’ quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa sabiex fil-ġimgħat li ġejjin ser tkun qed tinfetaħ b’mod uffiċjali din il-pjazza.

Jitħabbru d-dettalji ta ‘ [email protected]Żabbar għad-dell tal-Umbrellel ikkuluriti

 

Eluf ta persuni mistennija jattendu għall-dak li qed jiġi meqjus bħala wieħed mill-akbar avvenimenti ta din is-sena. [email protected] se jsir nhar is-Sibt li ġej fil-pjazzez ewlenin ta’ Ħaż-Żabbar u jinkludi kunċert ta mużika Maltija minn Corazon, kunċert minn Ira Losco u l-band tagħha, wirja unika awdjoviżiva mall-faċċata tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, kunċert mill Versatile brass band u logħob tan-nar tal-art.

Aqra aktar

Sitt kunsilli lokali oħra jibbenefikaw mill-proġett ‘Tħaddir tal-Komunitajiet’

Iffirmat ftehim ma’ sitt kunsilli lokali li ser jibbenefikaw mill-proġett tal-Ministeru għall-Ambjent ‘Tħaddir tal-Komunitajiet’. Il-kunsilli lokali li ntagħżlu din is-sena huma l-Pietà, Ħal Qormi, Ħaż-Żabbar, l-Imdina, s-Swieqi u s-Sannat Għawdex.

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera sostna li bil-ftehim li ġie ffirmat ġiet mwettqa wegħda tal-Budget 2018. B’kollox, mill-bidu ta’ dan il-proġett fl-2014 ibbenefikaw 27 kunsilli lokali u ġew allokatti kważi €900,000.

L-allokazzjoni għas-sitt kunsilli lokali ser tkun ta’ €180,000, li 75% tal-fondi ser jingħataw malli jiffirmaw il-ftehim u 25% tal-fondi jingħataw mat-tlestija tal-proġett.

Aqra aktar

Send this to a friend