silvio parnis – One News

Se jitħawlu 13,000 siġra u arbuxell fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid

Ambjent Malta għaddejja b’ħidma kbira biex tħawwel 13,000-il elf siġra u arbuxell fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid bħala parti minn proġett ta’ riġenerazzjoni bil-għan li dan l-ispazju pubbliku ta’ madwar 30 tomna art jintraddu lill-familji Maltin u Għawdxin f’post ta’ rikreazzjoni u f’pulmun ieħor għan-Nofisnhar tal-pajjiż. Aqra aktar

Itemmu b’suċċess il-kors tas-‘SAGE Computerised Accounting for Local Councils’

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis ippreżenta ċ-ċertifikati lil dawk li pparteċipaw u temmew b’suċċess il-kors bl-isem SAGE Computerised Accounting for Local Councils. L-iskop ta’ dan il-kors kien li s-Segretarji Eżekuttivi u l-istaff tal-Kunsilli Lokali jkunu aktar familjari mal-proċeduri u l-prinċipji tal-accountsAqra aktar

ARA: Imnedija r-riformi tal-Gvernijiet Lokali

Tnediet uffiċċjalment ir-riforma tal-Kunsilli Lokali li se twassal għal titjib f’ħidmiethom bil-għan li jersqu aktar u jaqdu aħjar il-bżonnijiet taċ-ċittadin.

Mill-bini tal-mużew Muża fil-Belt fil-preżenza ta’ numru ta’ sindki, is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li din ir-riforma se twassal għal involviment akbar fil-komunitajiet madwar il-gżejjer Maltin.

Aqra aktar

16-il kors differenti fil-komunità se jgħallmuna ngħixu ħajja aħjar

Il-Gvern iffirma ftehim mal-organizzazzjoni volontarja ‘Home Economists in Action’, li se jkun mifrux fuq it-tliet snin li ġejjin. Din l-organizzazzjoni ttella’ bosta korsijiet fil-komunità bil-għan li jinħoloq għarfien li jippromwovi stili ta’ ħajja aħjar, ippjanar b’għaqal u tagħlim ta’ ħiliet.

Il-ftehim kien konkluż bejn il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, b’finanzjament ta’ €123,000 fuq perjodu ta’ tliet snin għal 16-il kors differenti.Aqra aktar

Jinġabru 128 tunnellata ta’ skart f’Birżebbuġa

Fl-aħħar erbat ijiem, għaxar ħaddiema mid-Diviżjoni għat-Tindif ġabru mal-mija u tmienja u għoxrin tunnellata ta’ skart tal-kostruzzjoni u skart ieħor li ħammġu u kerrhu ż-żona tal-Girgħien f’Tal-Papa f’Birżebbuġa.

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, Ramon Deguara, qal li fl-ewwel tliet xhur tas-ena, il-ħaddiema tad-Diviżjoni ġabru ’l fuq minn erbat elef u ħames mitt tunnellata ta’ skart illegali waqt li s-sena li għaddiet inħarġu ’l fuq minn elf u mitejn ċitazzjoni fil-konfront ta’ persuni li nqabdu jarmu barra.

“F’dawn l-aħħar tliet xhur inħarġu madwar ħames mitt ċitazzjoni għal min abbuża kemm minn sempliċiment borża tal-iskart illi tinħareġ fil-ġurnata l-ħażina, kif ukoll għar-rimi llegali tal-iskart”

Waqt li kienu għaddejjin l-aħħar xogħlijiet ta’ tindif f’Birżebbuġa, is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, Deo Debattista, semma kif dan l-aġir irresponsabbli jrid jispiċċa.

“Isiru aktar aware u jkunu aktar aware ukoll minn numri li għandna available, mill-app online. 1718 biex jiġbrulek l-iskart jekk għandek skart żejjed jew ma tafx x’se tagħmel bih u fl-istess ħin hemm app biex ikoll tirraporta. Ħalli kemm jista’ jkun inkunu kollha qed niġbdu ħabel wieħed ħalli jkollna Malta dejjem isbaħ.”

Il-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li s-sena l-oħra biss id-Diviżjoni neħħiet aktar minn 16-il elf tunnellata ta’ skart mormi illegalment. Qal li din id-diviżjoni tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li pajjiżna jinżamm nadif u miżmum sew.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Silvio Parnis, li l-Uffiċjali tal-Komunità qed ikunu aktar qrib il-bżonnijiet tal-komunità. Qal li l-investiment li qed isir fl-operat tal-LESA, li qed taħdem id f’id mad-diviżjoni għall-Indafa, se jwassal għal servizz aħjar liċ-ċittadin.

Send this to a friend