sikkina – One News

BIL-FILMAT: Jinżammu arrestati wara ġlieda bis-sikkina

Sylvester u Reginald James, aħwa ta 33 u 29 sena rispettivament mill-Ħamrun inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkuzati b’attentat ta’ ferita gravi ta’ Kyle Domenic Galea il-Ħadd li għadda fil-Belt Valletta. Huma kienu akkużati wkoll li kisru l-paċi pubblika. Aqra aktar

L-attakk b’sikkina fuq tliet persuni f’Manchester qed jitqies bħala reat terroristiku mill-Pulizija

L-attakk b’sikkina li sar f’Manchester, l-Ingilterra tul il-lejl tat-Tnejn qed jiġi trattat bħala attakk terroristiku mill-Pulizija. Tliet persuni, inkluż uffiċjal tal-Pulizija, sfaw midruba fl-istazzjon tal-ferrovija magħuf bħala Victoria waqt ċelebrazzjonijiet ta’ lejet l-Ewwel tas-Sena fil-belt Ingiliża.Aqra aktar

Uffiċjal tal-Pulizija jaqla’ daqqiet ta’ sikkina f’Manchester

Tliet persuni, inkluż Uffiċjal tal-Pulizija, sfaw midruba wara daqqiet b’sikkina fl-istazzjon tal-ferrovija magħruf bħala Victoria, f’Manchester, l-Ingilterra.

Ir-raġel ta’ 30 sena flimkien ma’ żewġ nisa ta’ ‘l fuq minn 50 sena ġew attakkati minn raġel ieħor. L-aggressur qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ suspett ta’ attentat ta’ qtil. L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija ta’ kontra t-terroriżmu.

Tfal attakkati fi skola minn mara li kienet qed iġġorr sikkina

14-il tifel u tifla kienu attakkati minn mara li kienet qed iġġorr sikkina f’kindergarten fiċ-Ċina.

Il-mara, li għandha 39 sena, qed tinżamm mill-Pulizija.

It-tfal ittieħdu b’urġenza fi sptar fil-viċinanzi għal aktar kura. Għadu mhux magħruf jekk xi wħud minnhom humiex fil-periklu li jitilfu ħajjithom.