sigurta – One News

Notifiki

Biex inkunu iktar siguri fuq l-internet

Daqs erba’ sekli u nofs ilu niddefendu gżiritna bil-kanuni u x-xwabel mid-dagħdigħa li tefgħu fuqna t-Torok u llum niddefendu l-assi diġitali tagħna b’mod virtwali u teknoloġiku.

Propju fil-Forti Sant’Anġlu li żamm sod għal ħbit, wieħed wara l-ieħor, il-MITA nediet it-tieni fażi tal-kampanja tagħha dwar is-sigurtà diġitali. Aqra aktar

Spiża kbira għas-sigurtà waqt it-tieġ Irjali ta’ nhar il-Ġimgħa li ġej

Il-Pulizija f’Windsor, l-Ingilterra, qalu li kellhom japplikaw għal fondi żejda biex ikunu jistgħu ikopru s-somma ta’ £2miljun għal serviżżi ta’ sigurtà għaż-żewġ tiġijiet Irjali ta’ din is-sena. Ħames xhur wara ż-żwieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle fil-kastell ta’ Windsor, il-Prinċipessa Eugenie mistennija tiżżewweġ lil Jack Brooksbank iktar tard din il-ġimgħa.Aqra aktar

FILMAT: Sigurtà mal-kosta Maltija

Mal-attività fil-kosta Maltija f’dawn ix-xhur tas-Sajf jiżdied ukoll il-bżonn t’ iktar sigurtà hekk kif l-għajtiet għall-għajnuna jiżdiedu wkoll.   Permezz tal-ħidma fuq il-bajjiet minn Life Guards u l-Community First Responder, is-Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar qed jagħmlu minn kollox biex fil-waqt li jiġu preventiti l-aċċidenti, meta dawn iseħħu l-pazjent jingħata l-ewwel għajnuna iktar malajr.

Fil-fatt is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar li ilha taħdem sitta u għoxrin sena illum għandha mitejn u għoxrin membru li mija u ħamsin minnhom huma volontarji.  Sittin membru tas-Soċjeta’ huma mħarrġin fis-salvataġġ fl-ilma fil-waqt li l-oħrajn għandhom taħriġ  mediku.  Tul dawn l-aħħar sentejn is-Soċjeta’ tar-Red Cross qiegħda wkoll tħaddem proġett tal-Community First Responder.  Tkellimna mad-direttur tal-operazzjonijiet tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, Robert Brincau li spjegalna iktar x’inhuma r-responsabilitajiet u x-xogħol tal-first responder.

Aqra aktar

L-Inwadar mgħasses bil-kameras

L-inħawi tal-Inwadar f’Wied il-Għajn, li ftit tax-xhur ilu ġie ddikjarat bħala Park Nazzjonali, issa huma attrezzati b’numru ta’ CCTV cameras. Dan bil-għan li jitnaqqsu l-abbużi ta’ rimi ta’ skart. Miżura li jidher li qed tagħmel id-differenza, hekk kif meta ġew installati għadu ma kienx hemm abbuż wieħed.

Aqra aktar

Pass ’il quddiem għall-ħidma tal-pulizija u għas-sigurtà fl-Ewropa

“L-isfidi li l-Ewropa qed tħabbat wiċċha magħhom illum il-ġurnata fil-qasam tas-sigurtà wasslu biex l-Unjoni Ewropea tikkunsidra mill-ġdid kif taġixxi fil-konfront ta’ tħassib dwar is-sigurtà u fejn għandha tiffoka l-enerġiji tagħha. Għalhekk, id-dħul fis-seħħ ta’ qafas legali ġdid għall-aġenzija tal-UE għall-infurzar tal-liġi, l-Europol, illum mhux biss huwa f’waqtu iżda wkoll kruċjali; huwa tabilħaqq pass ’il quddiem għall-ħidma tal-pulizija u għas-sigurtà fl-Ewropa,” qal il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela. Huwa kien qed jindirizza lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Europol li ltaqgħu fil-Palazz tal-Granmastru, fil-Belt Valletta.

Il-Ministru Abela qal li l-Europol għamlet ħafna progress minn mindu nħolqot fl-1998. Tul is-snin, kellha rwol essenzjali biex ressqet lejn xulxin l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-UE u biex serviet ta’ pont sabiex jitwessgħu l-possibbiltajiet ta’ kollaborazzjoni ma’ pajjiżi terzi, aġenziji oħrajn, u partijiet interessati.

Aqra aktar

“Is-sigurtà kienet u għadha qed tingħata prijorità mill-Presidenza Maltija”

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, laqa’ lill-Kummissarju Ewropew għall-Unjoni tas-Sigurtà, Julian King, għal taħditiet dwar kwistjonijiet attwali b’rabta mas-sigurtà tal-Ewropa u dwar oqsma ġodda li jistgħu jiġu esplorati biex fihom issir ħidma li tkun tirrifletti n-natura li dejjem qed tevolvi tat-theddidiet għas-sigurtà.

Aqra aktar

Malta tħeġġeġ għal ħidma koerenti sabiex tissaħħaħ is-sigurtà fil-Libja

“Jekk irridu li l-Libja tibni mill-ġdid l-istabbiltà interna tagħha u timxi ’l quddiem hemm bżonn ta’ koerenza fil-mod ġenerali kif nindirizzaw in-nuqqas ta’ kapaċità fil-qasam tas-sigurtà f’dak il-pajjiż”, qal il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela waqt laqgħa informali tal-Kunsill tal-UE għat-28 ministru tad-difiża tal-Unjoni. Il-laqgħa ġiet organizzata f’Malta u ppreseduta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà Federica Mogherini.

Aqra aktar

Send this to a friend