siġar – Page 3 – One News

Notifiki

Ambjentalist bi kliem ta’ twissija dwar tip ta’ susa li hemm qrib Malta

L-ambjentalist Alfred Baldacchino kellu kliem ta’ twissija dwar tip ta’ susa li qed tkun irrapportata ftit ‘l bogħod minn Malta.

Is-susa bl-isem xjentifiku ta’ Xylosandrus Compactus ġiet innutata f’Ragusa Sqallija fir-rebbiegħa tas-sena l-oħra, fejn qerdet ħafna friegħi mis-siġra tal-ħarruba.

Dan l-insett ħafna drabi jsib siġar u arbuxelli dgħajfa, iżda dan l-aħħar jidher li kien hemm ukoll siġar friski li ntlaqtu mis-susa. Permezz ta’ blog tiegħu, Baldacchino esprima opinjoni voċifera ħafna. Fi kliemu:

Aqra aktar

Jitħawlu 55 siġra oħra fil-Park Nazzjonali tal-Familja

Ħamsa u ħamsin siġra oħra tħawlu fil-Park Nazzjonali tal-Familja. Dan bħala attività simbolika tal-impenn li pajjiżna għandu fejn tidħol it-tibdil fil-klima.

Dan wara li saret kompetizzjoni għat-tfal li niedew tliet ambaxxati Ewropej, dik Franċiża, Germaniża u Olandiża li ngħaqdu flimkien għal għan wieħed.

Aqra aktar

Kampanja t’għarfien dwar batterju li jista’ jeqred is-siġar

Imnedija kampanja t’għarfien u edukazzjoni kontra batterju li jista jaħkem u jeqred siġar f’pajjiżna.

Din il-kampanja tnediet l-Erbgħa wara nofsinhar mis-Segretarjat għall-agrikultura bl-għan li aktar nies jitgħallmu jevitaw metodi li jistgħu jwasslu għall-introduzzjoni tal-batterju Xylella Fastidiosa f’Malta.
Aqra aktar

Kumbinazzjoni stramba: siġar jiffurmaw il-mappa tal-Awstralja

Turista li marret Darwin għal tieġ, ħadet ritratt ħdejn il-baħar b’xebħ qawwi tal-bordura tal-mappa tal-Awstralja.

F’ritratt, Kelly Matthews qabdet ix-xemx nieżla bejn fergħat u weraq f’Darwin Esplanade fit-Territorju tat-Tramuntana.

Mal-aġenzija tal-aħbarijiet internazzjonali BBC, it-turista spjegat li kif tellgħet ir-ritratt fuq Facebook, sħabha bdew jikkummentaw li r-ritratt jixbaħ il-mappa tal-Awstralja.

Aqra aktar

Jekk tħobb it-tin, aqra din!

Tul dawn l-aħħar xhur diversi bdiewa kienu mħassba ferm bil-futur tas-siġar tat-tin. Dan minħabba insett li qed jattakka lil dawn is-siġar u jeqridhom. Tkellimna mad-direttur għas-saħħa tal-pjanti dwar dan l-insett u l-ħidma tad-direttorat biex jippreveni milli jmutu iżjed sigar.

Sewgi dan is-servizz. 

Aqra aktar

Send this to a friend