siġar – One News

Notifiki

Se jitħawlu 13,000 siġra u arbuxell fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid

Ambjent Malta għaddejja b’ħidma kbira biex tħawwel 13,000-il elf siġra u arbuxell fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid bħala parti minn proġett ta’ riġenerazzjoni bil-għan li dan l-ispazju pubbliku ta’ madwar 30 tomna art jintraddu lill-familji Maltin u Għawdxin f’post ta’ rikreazzjoni u f’pulmun ieħor għan-Nofisnhar tal-pajjiż. Aqra aktar

Siġar jinżabru għax spiċċaw “għoqda” ma wires tad-dawl

Siġar fil-Mosta kellhom jinżabru wara li spiċċaw perikolużi minħabba li spiċċaw daħlu f’wires tad-dawl b’mod li kienu qed joħolqu periklu. Is-siġar li jinsabu f’misraħ Anġlu Gatt inżabru fl-aħħar jiem. L-espert tal-ortikoltura Peter Calleja ta parir lill-Kunsill Lokali biex din iż-żabra qawwija ssir minnufih anke jekk Awwissu mhux ideali. “Is-sigurtà tiġi l-ewwel,” qal Calleja f’parir ippubblikat fuq il-paġna tal-Kunsill Lokali tal-Mosta. Aqra aktar

Tħawlu 23,000 siġra f’ħames snin

Fl-aħħar ħames snin żdiedu bil-kbir l-ammonti ta’ siġar u arbuxelli li tħawlu f’pajjiżna. Mitlub jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm tħawlu siġar mis-sena 2014 sal-lum il-Ministru għall-Ambjent spjega kif eluf ta’ siġar tħawlu fi bnadi differenti madwar il-pajjiż bit-total ikun ta’ 23,100 siġra u arbuxell. Aqra aktar

Stħarriġ xjentifiku: il-Maltin iridu s-‘Central Link’

Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin huma favur li jsir il-proġett tas-Central Link. Żvelat dan il-gazzetta Illum li fi stħarriġ xjentifiku ħarset lejn kif jaħsbuha l-Maltin li għandhu l-għan li jnaqqas it-traffiku f’rotta li llum hija waħda mill-ikbar uġigħ ta’ ras għas-sewwieqa. Aqra aktar

Studenti jħawlu 40 siġra f’Wied Għollieqa

Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera flimkien mal-għaqda ambjentali Nature Trust nedew l-iskema “Tree Your Town” li għandha l-għan li tkompli tħaddar il-lokalitajiet f’pajjiżna.

F’attività organizzata minn Nature Trust propju għal Jum is-Siġar bosta studenti minn diversi skejjel ingħataw tagħrif dwar is-siġar.

Aqra aktar

Send this to a friend