sħana | One News

Notifiki

Twissijiet għal temperaturi għoljin fil-Punent tal-Ewropa

Ħafna mill-pajjiżi tal-Punent tal-Ewropa qed jerġgħu jaffaċjaw temperaturi għoljin, it-tieni mewġa ta’ sħana laħqet il-qofol matul il-jum tal-ħamis. Bosta twissijiet dwar it-temperaturi sħan inħarġu f’diversi pajjiżi. Fi Franza nħarġet twissija fejn it-temperatura f’Pariġi laħqet rekord ta’ 40.6 grad fejn saħħansitra tista’ tilħaq sat-43 grad. Aqra aktar

Is-sħana taqta’ qalb ix-xerrejja

Studju li sar fir-Renju Unit fl-aħħar jiem wera riżultati xejn sbieħ għas-settur tal-bejgħ. Minkejja li s-skontijiet fil-ħwienet Ewropej huma 0.5% iktar minn snin oħrajn, ix-xiri minn ħwienet tal-ħwejjeġ jew sbuħija naqas drastikament meta mqabbel mas-snin ta’ qabel. Aqra aktar

Każi serji f’Mater Dei kawża tas-sħana

Bħalissa fl-isptar Mater Dei hemm numru ta’ persuni li daħlu kawża ta’ kundizzjoni kkawżata mis-sħana.  Għalkemm wieħed m’għandux jallarma ruħu uffiċjali mediċi jkomplu jemfasizzaw il-ħtieġa ta’ prekawzjoni f’dawn iż-żminijiet tas-sħana fejn għalkemm nisimgħu ħafna appelli donnu qatt mhu biżejjed. Din il-kundizzjoni tista’ tikkumplika ruħha u saħansitra twassal għal fatalità speċjalment jekk ikun hemm kundizzjonijiet oħra.

Aqra aktar

Wara s-sħana issa jmiss ir-riħ

Wara diversi lmenti, jidher li n-natura semgħet talb bosta hekk kif il-heatwave kkawżata mill-antiċiklun Afrikan fl-aħħar se tibda’ titkisser. Jidher li mill-Ġimgħa t-temperaturi se jibdew jinżlu hekk kif se jqum ir-riħ. Dan skont rapport fuq FirstMalta.

Aqra aktar

Miżuri għaċ-ċiklisti kontra s-sħana qawwija

Huma ħafna l-Maltin li qegħdin isibu metodi alternattivi biex jevitaw il-ġenn u t-traffiku li nsibu fit-toroq. Fost dawn insibu komunità kbira ta’ nies li saru qed jużaw ir-roti sabiex imorru minn post għall-ieħor.

Però x-xemx li qed taħkem lil pajjiżna b’temperaturi li jlaħħqu l-erbgħin grad toffri sfidi mhux żgħar.

Għaldaqstant il-“Bicycling Advocacy Group” ħarġu rapport b’numru ta’ suġġerimenti sabiex jitnaqqsu l-effetti li dan it-tempkapaci jġib miegħu.

Aqra aktar

Is-sħana qed tbiegħed lid-donaturi tad-demm

Fl-aħħar ġimgħat smajna b’aktar appelli biex immorru nagħtu d-demm, appell li żdied wara li s-sħana tas-Sajf qed tbiegħed lin-nies milli jmorru fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Għoti tad-Demm. Minkejja li numru ta’ donaturi qed izommu l-appuntament tagħhom biex isalvaw il-ħajjiet, xorta waħda mhux qed ikun hemm biżejjed donazzjonijiet biex iċ-Ċentru jkun jista’ jlaħħaq mad-domanda.

Spjegalna iktar dwar dan, Tony Micallef miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Għoti tad-Demm.

Aqra aktar

Send this to a friend