sesswalita | One News

Notifiki

AĠĠORNATA BIL-FILMAT; “huwa reat kriminali u l-Pulizija obbligata tinvestiga”

“Dak huwa post pubbliku, mhux billi bejt privat. Anke jekk tkun fil-kamra tas-sodda tad-dar tiegħek u tħalli t-tieqa miftuħa, u jarawk, tiġi li qiegħed f’post pubbliku”.

Stqarr dan magħna l-ispettur Sandro Camilleri, wara li filmat ta’ żewġ persuni jagħmlu l-att sesswali fuq bejt ta’ dar f’Ħ’Attard sab ruħu fuq l-internet.

L-ispettur qal li huwa reat kriminali.

Aqra aktar

Artiklu ta’ sentejn ilu…u l-Maltin għadhom isaqsu għal “happy ending”

Artiklu li deher sena u nofs ilu fil-paġna livinginmalta.com dwar il-popolarità ta’ ħwienet tal-massaġġi spiċċa serva bħala post fejn irġiel u nisa Maltin irriklamaw dak li jixtiequ u dak li kapaċi joffru.

Fatt interessanti hu li minkejja li għaddew sentejn minn fuq dan l-artiklu, għadhom qed jiktbu nies sal-ġurnata ta’ llum. Mhux qed jitolbu biss is-servizz tal-massaġġi imma wkol servizz komplut bil-happy ending.

Aqra aktar

Anzjan ta’ 73 sejjer ħames snin ħabs għax ipproduċa u iċċirkola ritratti indiċenti ta’ tfal

Raġel ta’ 73 sena intbagħat ħames snin ħabs wara li wieġeb ħati li pproduċa u ċċirkola ritratti indiċenti ta’ tfal.

Anthony Pandolfino kien akkużat li uża l-kompjuter biex jakkwista materjal mhux diċenti ta’ persuni taħt l-età. Fl-awla l-prosekuzzjoni esebixxiet hard disks, cameras u affarijiet elettronċi li jappartjenu għall-akkużat kif ukoll qalet li nstabu ammont kbir ta’ ritratti indiċenti. Fl-istess waqt li l-Pulizija għada qed tispezzjona l-materjal biex tara jekk fost dawk ir-ritratti hemmx tfal Maltin.

Aqra aktar

BEJTA SĦIĦA ta’ nies jużaw ritratti ta’ porn stars imbagħad jirrikattaw…

Rapporti fuq mezzi tax-xandir Ingliżi qed jgħidu li fil-belt Marokkina Oued Zem, madwar 3,000 persuna taqla’ l-għixien tagħha permezz tas-sess u t-teknoloġija.

Grupp imdaqqas ħafna ta’ nisa jirnexxilhom jattiraw irġiel online, iġiegħluhom jagħmlu atti sesswali online, u wara jheddu li għandhom il-filmati. B’hekk ikunu jistgħu jitolbu l-flus biex dawn il-filmati ma jkunux ippubblikati. Il-mezzi tax-xandir Ingliżi qed isegwu l-istorja b’interess partikolari għax ħafna mill-vittmi huma rġiel Ingliżi. Dawn qed ikunu mhedda li filmati u ritratti se jispiċċaw għand ħbieb u membri tal-familja.

Aqra aktar

Żagħżugħ ossessjonat bis-sess instab ħati li kkorrompa tlett ibniet taħt l-età

Żagħżugħ ta’ sitta u għoxrin sena mill-Imsida b’ossessjoni sesswali, instab ħati li kkorrompa tlett ibniet taħt l-età, u tpoġġa fuq probation. Iż-żagħżugħ kien akkużat ukoll li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ minuri, u kien fil-pussess ta’ pornografija tat-tfal.

Il-vittmi, fosthom it-tifla ta’ sieħbu, kellhom bejn it-tnax u s-sbatax –il sena, u l-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għal tliet snin favurihom. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ trattament għal tliet xhur biex iż-żagħżugħ jegħleb l-ossessjoni sesswali li jbati minnha. Barra minn hekk, isem l-akkużat tniżżel fuq ir-reġistru ta’ dawk li jwettqu offiżi sesswali.

IR-RITORN TAL-GĦARWENIN

Ir-rivista Playboy ħabbret li se terġa tibda tippublika ritratt ta’ mudelli għarwenin. Is-sena li għaddiet kienet iddeċidiet li tneħħi dawn it-tip ta’ ritratti. Cooper Hefner, responsabbli mill-aspett kreattiv tar-rivista, ħabbar li d-deċijoni li jlibbsu l-għarwenin kienet żball totali.

Permezz ta’ tweet ħabbar li Playboy se jieħu l-identità tiegħu lura. Fl-istess waqt qed jippromwovu l-hashtag #NakedIsNormal.

Ir-reazzjonijiet, kif jiġri dejjem, kienu mħallta. Min feraħ bil-fatt li se jkollu festa ta’ għarwenin għad-disponibilità tiegħu, u min qal li hija sfortuna li materjal pornografiku (hemm dibattitu jissejjaħx hekk) huwa faċli wisq biex taċċessah.

‘MILF’ l-iktar imfittxija mill-Maltin li jaraw il-pornografija

‘Milf’, li hija referenza għal omm attraenti mhux ħażin tant li tqanqal lil dak li jkun, hija dik li jfittxu l-iktar il-Maltin li jesploraw pornhub, waħda mill-iktar siti popolari tal-pornografija.

Meta ħarġu l-istatistika għas-sena li għaddiet urew ukoll li l-Maltin fittxew żewġ nisa flimkien ta’ spiss u nisa maturi.

Dawk b’sidirhom imdaqqas ukoll kienu mfittxija ħafna, bħalma kienu dawk iżgħar fl-età, għalkemm fil-ħames post. Il-Maltin li daħlu fis-sit għamlu medja ta’ tmien minuti u n-nisa li daħlu fis-sit ammontaw għal 33%.

Aqra aktar

Minn issa, reat kriminali li tipprova tbiddel is-sesswalità ta’ xi ħadd

  • Pass kbir ‘l quddiem fil-libertajiet ċivili

Saru reat kriminali dawk li jissejħu ‘conversion practices’ – prattiċi biex wieħed jipprova jbiddel is-sesswalità ta’ dak li jkun. Huwa reat kriminali wkoll li titratta lejn l-orjentazzjoni sesswali bħala xi ħaġa li għandha bżonn trattament mediku, jew li hija medikament jew psikoloġikament mhux normali.

Illejla l-Parlament approva żewġ liġijiet preżentati mill-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli. Fost oħrajn ebda orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru jew inkella esperessjoni tal-ġeneru ma tista’ tkun meqjusa bħala marda.

Barra minn hekk il-liġjiet jaħsbu f’inidividwi mhux Maltin li jinsabu pajjiżna u li bħalissa jinsabu f’faċilitajiet korrettivi mqassma skont il-ġeneru. Dawn il-persuni mhumiex fis-sezzjoni li tikkorrispondi mal-ġeneru attwali tagħhom.

Se tinbidel ukoll l-età ta’ meta persuni jistgħu jitolbu li jbiddlu l-ġeneru fuq dokumenti uffiċjali. Issa tista’ tagħmel dan jekk ikollok sittax-il sena jew aktar, mingħajr il-bżonn li tressaq applikazzjoni l-Qorti, bl-approvazzjoni tal-ġenituri.

 

61 persuna jibdlu l-ġeneru wara bidla fil-liġi

Kienu 61 il-persuni li bidlu l-ġeneru wara l-bidla fil-liġi approvata fl-2015. B’din il-liġi Malta kienet l-ewwel pajjiż li daħlet liġi li tat id-dritt lill-persuni trans-ġender imorru jibdlu s-sess fuq il-karta tal-identità mingħajr ma jagħmlu l-operazzjoni.

Din il-liġi kienet segwiet il-każ ta’ Joanne Cassar li saħansitra kellha tieħu l-każ tagħha fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem wara li l-awtoritajiet Maltin kienu ċaħduha milli tiżżewweġ. Mal bidla fil-gvern il-każ waqa’ filwaqt li kif imwiegħed saru l-bidliet fil-liġi li skont kif jirriżulta mill-istatistika qed iħallu effett pożittiv fil-ħajja ta’ diversi persuni.

“Tixtieq sidrek bħal ta’ din”

L-għalliem li allegatament kien abbużiv fil-konfront tal-istudenti bniet tiegħu jinsab sospiż, flimkien ma’ tliet studenti subien.

Li nistgħu nikkonfermaw hu li huwa għalliem tal-arti.  L-istorja ħarġet fil-beraħ meta l-Ministeru tal-Edukazzjoi ikkonferma li ġie mgħarraf dwar allegat abbuż li seħħ fi skola tal-Istat il-Ħamrun.

Kuraġġ tat-tifla li żvelat minn xiex kienet qed tgħaddi serva biex erba’ tfajliet oħra li allegatament għaddew minn sitwazzjonijiet simili, jersqu ‘l quddiem u jikxfu li għaddew mill-istess trawma.

Aqra aktar

Send this to a friend