sesswali – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li nqabad f’attivitajiet sesswali ma’ persuna taħt is-16-il sena

Ingliż ta’ 18-il sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ minuri jiem ilu. Quddiem il-Maġistrat Brigitte Spiteri, intqal kif nhar il-25 ta’ Mejju li għadda l-akkużat kellu relazzjoni sesswali ma’ persuna li għandha anqas minn 16-il sena fl-inħawi tar-Rabat Għawdex.Aqra aktar

“Għalfejn ma rrappurtajtx abbuż sesswali”

“Ma ridtx nirrapporta l-abbuż sesswali li sar fil-konfront tiegħi għaliex bdejt nistħi minni nnifsi u ma ridtx nagħmel ħsara fuq ħajjet persuna oħra”. Stqarret dan l-attriċi u mudella Cara Delevigne wara li eluf ta’ nisa qalu l-istorja tagħhom bil-hashtag WhyIDidntReport.Aqra aktar

‘Hija tal-mistħija kif il-Knisja falliet milli tindirizza reati ta’ abbuż sesswali mill-kleru’- Il-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku qal li hija tal-mistħija kif il-Knisja Kattolika falliet milli tindirizza b’mod adattat r-reati ta’ abbuż sesswali mill-kleru. Dan wara li aktar kmieni, il-Prim Ministru Irlandiż wassal twissija iebsa lill-Papa biex jieħu azzjoni kontra l-kleru involut f’abbuż fuq it-tfal.Aqra aktar

Sentenza ta’ ħabs sospiża għal Father Charles tal-Kerygma

Ikkundannat tliet xhur ħabs sospiżi Father Charles Fenech tal-Kerygma. Hu nstab ħati li għamel avvanzi sesswali vjolenti fuq mara b’diffikultajiet mentali.

Il-mara, li kienet tgħodd madwar erbgħin sena fi żmien li seħħ il-każ, kienet taħdem id-Dar tal-Providenza.

Mal-pulizija qalet kif għaddiet minn żminijiet diffiċli għaliex kienet qed tinfired minn ma’ żewġha u ddaħlet anke l-isptar Mount Carmel wara li provat twettaq suwiċidju. Hi kienet parti wkoll mill-moviment Kerygma f’perjodu fejn kien jagħtiha widen Fr Charles Fenech.Aqra aktar

Mill-età ta’ 15-il sena, 15% tan-nisa Maltin irrappurtaw vjolenza fiżika u sesswali

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Mara, ilbieraħ il-President ta’ Malta żaret lin-nisa ta’ Dar Merħba Bik u ta’ Dar Qalb ta’ Ġesù. Fiż-żewġ żjarat tkellmet fit-tul mad-diriġenti tad-djar u anke man-nisa residenti.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li filwaqt li s-servizzi fil-qasam tal-abbuż kontra n-nisa komplew jissaħħu, jeħtieġ li nkomplu naħdmu aktar fuq l-edukazzjoni u fuq l-għarfien għar-rispett lejn xulxin, anke fil-kuntest ta’ dak li ppubblikat l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.

Il-pubblikazzjoni tindika li sa mill-età ta’ 15-il sena, 15% tan-nisa Maltin irrappurtaw vjolenza fiżika u sesswali, filwaqt li 37% tan-nisa Maltin irrappurtaw forom ta’ vjolenza psikoloġika.

Aqra aktar

Rabja għal sentenza tal-Qorti

Sentenza tal-Qorti li ngħatat f’Singapore ħolqot polemika sħiħa u rabja fost iċ-ċittadini. Dan wara li Joshua Robinson li nstab ħati li għamel att sesswali ma’ żewġ tfajliet taħt l-età ingħata sentenza ta’ erba’ snin ħabs. Kienu bosta l-kummenti ta’ rabja fost il-pubbliku, hekk kif fi kliemhom l-akkużat kellhu jeħel aktar snin il-ħabs.

Aqra aktar

Send this to a friend