sessions | One News

Notifiki

VOĊIFERU: l-Avukat Ġenerali ġdid tal-Istati Uniti fuq l-immigrazzjoni llegali

Hu u jieħu l-ġurament tal-ħatra fil-White House, l-Avukat Ġenerali ġdida tal-Istati Uniti Jeff Sessions qal li l-Amerka għandha twaqqaf darba għal dejjem l-immigrazzjoni illegali.

“Hemm bżonn intemmu din is-sitwazzjoni kontra l-liġi, li thedded is-sigurtà pubblika u tnaqqas il-pagi tal-Amerikani li jaħdmu” qal Sessions. Il-President Trump iddeskrivih bħala Avukat Ġenerali li se jkun protettur tajjeb tal-poplu kollu, minkejja kontroversja dwar fejn jidħlu dirttijiet ċivili. Sessions sostna li hemm bżonn sistema legali ta’ migrazzjoni.

Jeff Sessions ikkonfermat Avukat Generali tal-Istati Uniti

Is-senat Amerikan ikkonferma lis-Senatur ta’ Alabama Jeff Sessions bħala l-avukat ġenerali tal-Istati Uniti. Dan wara li kien innominat tal-President Amerikan Donald Trump.

Id-deċiżjoni ittieħdet wara smigħ li ħa ħin mhux ħażin u li tulu spikkaw l-attakki tad-Demokratiċi dwar ir-rekord ta’ Jeff Sessions fid-drittijiet ċivili.

Filfatt,  kelliema għad-demokratiċi kienet mwaqqfa milli titkellem u dan meta ssemmew allegazzjonijiet ta’ razziżmu fil-konfront ta’ Sessions.

Aqra aktar

Trump jinnomina lil Sessions għal Avukat Ġenerali – magħruf għal tendenzi razzisti

Kumitat Ġudizzajarju mis-Senat Amerikan mistenni jivvota dwar l-għażla tal-President Donald Trump għal avukat ġenerali. Huwa Jeff Sessions il-magħżul ta’ Trump,  senatur konservattiv u wieħed mill-ewwel segwaċi tiegħu. Huwa magħruf għal allegazzjonijiet razzisti.

Il-vot se jsir jum biss wara li Trump keċċa lil Sally Yates, li kienet qed tokkupa l-kariga ta’ avukat ġenerali temporanjament.

Tkeċċiet għax qajment dubji dwar il-legalità tal-passi tiegħu dwar il-migrazzjoni. Jekk il-kumitat japprova n-nomina ta’ Sessions, is-senat kollu, fejn ir-repubblikani għandhom maġġoranza ta’ 52-48, mistenni jivvota sal-aħħar tal-ġimgħa.

Send this to a friend