Tfajla ta’ 15-il sena qalet li vuċi paranormali qalet lil ommha u oħtha biex ikollhom x’jaqsmu ma’ lasta ta’ xkupa.

Tfajla ta’ 15-il sena qalet li vuċi paranormali qalet lil ommha u oħtha biex ikollhom x’jaqsmu ma’ lasta ta’ xkupa.
Themistocles Attard ta’ 46 sena minn Birżebbuġa, li jinsab akkużat li seraq ħanut f’Santa Venera b’arma tan-nar, daħal fil-ħanut darbtejn oħra fl-istess jum u offra lil min kien qed jieħu ħsieb il-ħanut sess ma’ żewġ nisa differenti.
Dan bi tpartit ma’ oġġetti fil-ħanut.Aqra aktar
Eleonor Wilson ta’ 29 sena minn Gloucestershire fl-Ingilterra qed taffaċċja akkużi li pparteċipat f’atti sesswali ma’ student fuq ajruplan. Hi qed tiċħad dawn l-allegazzjonijet u sejħitilhom ‘diżgustanti’.
Il-każ imur lura għall-2015 meta l-akkużata kienet fuq saffra ma’ tal-iskola, fosthom l-istudent li għamel dawn l-allegazzjonijiet.Aqra aktar
Avventura sesswali bejn raġel ta’ 42 sena u prostitua swiethom qares wara li kienu mmultati €10,000 ewro kull wieħed. Jidher li din l-avventura saret biswit ċimiterju f’Padova.
Wara rapporti u ilmenti minn diversi membri tal-pubbliku, il-Pulzija marru fuq il-post u minnufih żammu lill-koppja responsabbli ta’ atti mhux xierqa fil-pubbliku.
Huma mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin, għalkemm hemm ċans li din id-deċiżjoni tinbidel.
Raġel ta’ 60 sena nħeles mill-arrest wara li ma nstabx ħati li kkorompa tifla taħt l-età. Dan wara li l-Qorti tal-Appell qalet li l-każ kien preskritt u biddlet is-sentenza ta’ sentejn ħabs li ngħatat lir-raġel f’Jannar li għadda mill-Qorti tal-Maġistrati.
Il-Qorti tal-Appell qalet li filwaqt li temmen li t-tfajla pparteċipat f’atti sesswali mal-akkużat, iżda x-xhieda tagħha kienet vaga. L-Imħalles Consuelo Scerri Herrera qalet li l-vittma ma ppruvatx li kienet taħt l-età għax ma ppreżentatx iċ-ċertifikat tat-twelid fil-Qorti. Il-vittma naqqset ukoll milli tati dettalji ta’ kif seħħew l-inċidenti u qalet li f’ebda ħin ma ntużat il-vjolenza fil-konfront tagħha.Aqra aktar
Inżamm arrestat il-ġuvni li qed jiġi akkużat bi stupru u attentat fuq il-pudur ta’ żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija. L-allegat stupru seħħ ġewwa l-bini tal-għassa filwaqt li l-attentat fuq il-pudur seħħ ġewwa vettura tal-Korp.
Kmieni dalgħodu l-ġuvni li ismu ma jistax jixxandar irreżenja wkoll mill-Korp tal-Pulizija.
Minħabba n-natura sensittiva tal-każ, il-Qorti ordnat li isem l-guvni ma jistax jixxandar sabiex tipproteġi l-identita l-vittmi.
Bosta huma s-sinjali li wieħed irid jieħu ħsieb meta jkollu bozza ħamra tixgħel fuq l-addiction tiegħu speċjalment fejn tidħol droga.
L-aktar għaxar sinjali komuni li kapaċi jħeġġu relapse huma dawn:
F’każ ta’ relapse, jigifieri li taqa’, tkellem mill-ewwel u ċedi…tħallihiex terġa’ taħkmek. Ftakar li din id-darba, il-waqa’ tkun agħar, allura iġbor lilek innifsek mill-ewwel.
Isir il-ħin fil-ġurnata u ħafna jkunu għadhom għaddejjin itektku fuq il-mobile tagħhom avolja jkunu ħalfu li jieqfu u jaraw film minflok, jew inkella jkunu daħħluha ma’ wahda mir-riżoluzzjonijiet tagħhom; li jnaqqsu mill-użu tal-mobile matul il-jum. Taf li qed teħxien u ma tieqafx tiekol jew anqas tilħaq tara ċikkulata li ma tkunx trid titħanha jew xi tip ta’ ħelu ieħor. Taf li d-droga ħażina u li qed tkissrek u tibqa’ tieħu minnha; izjed minn hekk, tibqa’ tara kif se tagħmel biex iġġib il-flus biex tieħu d-droga għax mingħajrha ma toqgħodx…din tissejjah addiction.
Tajjeb li wieħed jagħmel distinzjoni bejn vizzju u addiction. Vizzju hu xi ħaġa li tidra tagħmel u li jidħol fir-rutina tiegħek b’mod repetut u tispiċċa tagħmlu b’mod awtomatiku. Addiction hija xi ħaġa li ma tgħaddix mingħajrha għax tidħol fis-sistema tiegħek bħala bniedem u tikkalzrak b’tali mod li kapaċi tkun b’konsegwenzi serji. Ġeneralment jissejjaħ addict dak li jieħu d-droga, imma dan mhux gust. L-addict huwa dak li jieħu ċikkulata bla waqfien avolja jaf li qed tagħmillu hsara jew ikel, tista’ tkun addict għax-xorb, għax-xogħol, għas-sess, għas-serq, għal-logħob, għax-xiri…u bosta oħrajn li hemm uhud minnhom lanqas wieħed jimmagina.
Teżisti ukoll dik li tissejjaħ cross addiction u din isseħħ meta per eżempju bniedem jieqaf minn forma ta’ addiction u jizvijjaha f’oħra, ngħidu ahna mix-xorb idur għal-logħob, mid-droga għall-ikel u forom oħra. Kapaci tkun perikoluza ghax mohhok jahseb li tkun qtajt mix-xorb imma l-problema tkun għadha hemm għax inti sempliċiment tkun biddilt is-suġġett tal-addiction tiegħek; issa għandek il-logħob flok ix-xorb. Ovvjament, l-eċċessiv f’kollox jitqies li mhux tajjeb, allura wieħed irid isib bilanċ li xejn mhu faċli li tagħmel hekk. Iktar kapaċi ngħiduha bil-fomm milli nwettquha.
Huwa tajjeb li l-addict ikollu ħin kalm speċjalment jekk ikollu ġranet stressanti fuq ix-xogħol, tajjeb li jitkellem u jikxef il-ħsibijiet ta’ moħħu ħalli ma jerġax imur għall-addiction primarja tiegħu, tajjeb li jammetti li anke jkun qed jinnamra mal-ħsieb tal-addiction passata tiegħu billi jitilgħulu xi memorji…b’hekk biss iżomm lilu nnifsu fi stat li jkun jaf ir-realta’ tiegħu u jitgħallem jaċċettaha. Titqies bħala marda imma mhux kulħadd jaqbel dwar dan. Dan huwa suġġett kontroversjali li ħafna jibżgħu jiddiskutu. Studjuzi anke fl-Universita’ ta’ Minesota fl-Amerka jikkonfermaw li din hija marda. Mingħajr ma wieħed jallarma ruħu, mhux għax tiekol erba’ ċikkulati, ikun ifisser li inti addict…addict huwa dak li jibda u ma jieqafx u li jaf li darba huwa ħafna u l-ħafna mhux biżżejjed, għax ikollu kemm ikollu ma jabbasta ruħu qatt bil-konsegwenzi li jsegwu, ikunu koroh. Tajjeb ukoll li wieħed isemmi, li għalkemm l-OCD (Obsessive Compulsive Disorder- segwi izjed dwar l-OCD f’din il- link: http://www.one.com.mt/news/?s=ocd) mhix xi ħaga allarmanti żżejjed, meta mwaħħda mal-addiction, din ma tgħin xejn anzi taċċellera l-problema. Għal aktar informazzjoni tkellem mat-tabib tiegħek li jista’ jiggwidak aħjar kif titratta l-addiction. Tibqax passiv u informa ruħek għax bi ftit sforz, tħossok aħjar.
L-għasafar jagħmluh, l-annimali wkoll u l-bnedmin mhux inqas. Ilu jseħħ mill-bidu tal-ħolqien. Imma kif inbidel kif dak li jkun iħares lejn is-sess tul iz-zmien? Qed nagħmluh aħjar jew agħar? Li rridu ngħidu u nammettu hu, li nbidel ir-rakkont li jsir minn persuna għall-ohra u minn fomm ghall-fomm; forsi biex wieħed juri li hu l-aqwa. Dan ġara iżjed f’dawn l-aħħar snin, minħabba l-bidliet fil-mentalitajiet u anke minħabba l-użu tal-mezzi soċjali bhal facebook.
Il-bniedem ilu l-istess antatomikament għal madwar 100,000 sena. Allura wieħed irid jgħid li ġaladarba llum wieħed japprezza s-sess, hekk dejjem ġara fil-passat forsi b’mod aktar diskret.
Ir-reliġjon kapaċi wkoll biddel ħafna l-mod kif il-bniedem ħares lejn is-sess tul iż-żmien. B’ħafna nies jemmnu purament li huwa skandlu li titkellem sempliċiment dwaru.
Fi ktieb li ħarġet l-istamperija tal-Universita’ ta’ Toronto fl-2005 bl-isem: Written in the Flesh: A History of Desire, l-awtur Shorter jgħid li ħadd ma jista’ jispjega xi jħoss l-ieħor jew l-oħra għax mhux kulħadd għandu l-istess viżjoni u sens ta’ pjaċir. Jista’ jkun ukoll li l-istejjer li jingħaddu, ikunu taħt kundizzjonijiet ta’ kultura tal-pajjiż li l-persuna jkun ġej minnu.
Tabib Ingliż li ġie arrestat talli ħallas tfal li huma taħt l-età biex ikollu x’jaqsam magħhom sesswalment fil-Kambodja, kellu saħansitra bagalja mimlija ħwejjeġ tat-tfal u kif ukoll pupi tal-Barbie.
Clive Cressy, ta’ 69 sena, ġie arrestat f’post tax-xorb fil-kapital Phnom Penh il-Ħamis li għadda wara investigazzjoni tal-Pulizija wasslithom għal fejn kien hu. Hu ġie mressaq il-Qorti tal-lokal ilbieraħ flimkien mat-tfajla tiegħu.
Send this to a friend