servizz | One News

Notifiki

125 ruħ b’rikonoxximent tal-protezzjoni li taw lill-poplu Malti u Għawdxi

125 ruħ foshtom nies fl-Armata u oħrajn li temmew is-servizz ġew rikonoxxuti għax-xogħol u l-ħidma li taw lill-poplu Malti u Għawdxi.

F’ċerimonja tal-okkażjoni, 44 membru tal-Armata ngħataw midalja għal servizz twil u effiċjenti li tingħatha mat-18-il sena servizz, filwaqt li 81-il membru u eks-membru ngħataw rikonoxximent ieħor li jingħata mal-25 sena servizz.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Michael Farrugia qal li mhux faċli li tkun membru ta’ korp iddixxiplinat u tqatta’ snin sħaħ b’imġiba tajba, tkun ubbidjenti, u tasal sal-ġurnata li tieħu mertu tal-imġiba tajba li kellek matul is-servizz.Aqra aktar

X’jaħsbu x-xufiera dwar is-servizz tat-trasport pubbliku?

Ix-xufiera ta’ Malta Public Transport laqgħu lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg fl-istabbiliment tagħhom fil-venda ewlenija tal-Belt Valletta, fejn b’mod informali qasmu xi ħsibijiet li għandhom fuq kif wieħed jista’ jkompli jtejjeb l-operat ta’ dan is-servizz.Aqra aktar

Il-qalba tar-raħal se tkun telefonata biss ‘il bogħod għall-anzjani!

It-tuk tuk huwa xena komuni fit-Tajlandja u fi bliet u rħula storiċi madwar l-Ewropa. Issa f’Malta se jibda jintuża wkoll fil-qalba tal-ibliet u l-irħula tagħna. Il-Gvern qed joffri dan is-servizz, magħruf bħala Silver T, lill-anzjani kollha. B’hekk, il-bank, is-suq, jew misraħ ir-raħal huma biss telefonata ‘l bogħod!

Żieda ta’ 20 impjieg kuljum tul din il-leġislatura

Statistika ppublikata din il-ġimgħa turi li, sa Awwissu 2016, in-numru ta’ nies jaħdmu full-time tela’ għal 181,605. Dan ifisser li, mill-bidu ta’ din l-amministrazzjoni, kien hemm żieda ta’ 26,193 impjieg full-time. Jiġifieri, fi ftit iktar minn tliet snin, l-impjiegi żdiedu darbtejn iż-żieda f’ħames snin sħaħ.

Din l-osservazzjoni għamilha l-Gvern fi stqarrija. Fl-ewwel snin ta’ din l-amministrazzjoni kuljum żdiedu 20 impjieg full-time. Din hija tliet darbiet ir-rata ta’ ħolqien ta’ xogħol osservata matul l-amministrazzjoni preċedenti.

Taħt din l-amministrazzjoni kienu s-servizzi privati li wrew l-akbar tkabbir. Tispikka żieda ta’ erbat elef u sitt mitt impjieg fis-servizzi amministrattivi, tlett elef u mija fis-servizzi tekniċi u professjonali, elf u disa mija fis-servizzi finanzjarji, u żieda ta’ elf u seba mitt full-timer fl-informazzjoni u l-kommunikazzjoni. Kien hemm ukoll tkabbir ta’ elf u disa mitt impjieg fis-settur tal-bejgħ, elf u disa mitt impjieg fil-lukandi u ristoranti, u tkabbir ta’ tlett elef u ħames mitt impjieg mas-settur tal-gaming u servizzi oħra.

Aqra aktar

Send this to a friend