servizz pubbliku | One News

Notifiki

Il-Ministeri tal-Gvern għamlu 786 talba lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tul is-sena li għaddiet


Tul is-sena li għaddiet, il-Ministeri tal-Gvern għamlu 786 talba lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku biex din tapprovalhom ħatriet qabel jingħataw.

Dan jirriżulta mir-rapport annwali tal-istess Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, li l-missjoni tagħha hi li tagħti pariri u rakkomandazzjonijiet lill-Prim Ministru dwar ħatriet, promozzjonijiet, tneħħija u azzjonijiet dixxiplinarji fis-servizz pubbliku.Aqra aktar

Servizz pubbliku għalik

‘X’hemm isbaħ minn servizz pubbliku li jaqdik meta tiġi bżonnu’. Dan huwa kliem is-Segretarju Permanenti Ewlieni s-Sur Mario Cutajar hekk kif dalgħodu indirizza lill-uffiċjali pubbliċi fit-tmexxija tas-servizz pubbliku matul il-konferenza annwali bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2018. Kliem li fih ħafna x’tixtarr għaliex jixhed ix-xogħol li sar f’dawn l-aħħar ħames snin fit-titjib fil-kwalità tas-servizz li jirċievi ċ-ċittadin.

Aqra aktar

Jumejn ta’ attivitajiet għall-familja kollha bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku

Is-Sibt u l-Ħadd li ġej se jkunu jumejn ta’ attivitajiet divertenti u edukattivi għall-familja kollha, organizzati minn Heritage Malta u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2018. Din se tkun opportunità għall-pubbliku biex isir jaf aktar dwar servizzi li qajla wieħed jagħti kas li huma servizzi pubbliċi.

Aqra aktar

Mas-7000 impjegat jibbenefikaw minn family friendly measures fis-settur pubbliku

Mas-sebat elef impjegat fis-servizz pubbliku bbenefikaw minn miżuri ‘family-friendly’ fl-elfejn u sittax.

Dan irriżulta minn statistika li ppreżenta s-segretarju permanenti ewlieni, Mario Cutajar waqt li tul il-jum tal-Erbgħa sar kallokju għall-unjins, maħsub biex jiddiskuti ir-relazzjonijiet bejn l-industrija u min iħaddem fi ħdan is-settur pubbliku.

Mit-total ta’ impjegati li bbenefikaw minn miżuri ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, tmenin fil-mija kienu nisa.

Dan ifisser li ħamest elef ħames mija u tmienja kienu lkoll femminili u elf tliet mija u sitta u erbgħin kienu rġiel.

L-aktar miżura utilizzata hija dik tat-teleworking hekk kif b’kollox, elf mija u tmienja u ħamsin mara u raġel ibbenifikaw minnha.

Aqra aktar

12-il KPI ġdid għas-Servizz Pubbliku

Illum tnedew 12-il Key Performance Indicator (KPI) għas-Servizz Pubbliku. Dan huwa kunċett ġdid għas-Servizz Pubbliku, maħsub biex ikun hemm miri ċari li jridu jintlaħqu fi żmien stabbilit. Fil-fatt il-KPIs imnedija llum iridu jitwettqu fi żmien 100 jum.

Dawn il-KPIs, li jsegwu l-proġett pilota fis-settur tan-negozji fejn tnaqqas drastikament iż-żmien biex wieħed jiftaħ negozju f’pajjiżna, ikopru firxa wiesgħa ta’ oqsma li lkoll jolqtu liċ-ċittadin b’mod dirett.

Fil-qasam tal-enerġija, il-KPI se jara li meta persuna tapplika għal servizz ġdid tal-elettriku, l-ipproċessar tal-applikazzjoni u l-għoti tas-servizz isiru fi żmien 23 jum, jiġifieri ż-żmien jonqos b’aktar min-nofs. KPI ieħor se jara li f’każ ta’ qtugħ tas-servizz tal-ilma, dan jingħata lura fi żmien stabbilit.

Aqra aktar

Servizz speċjali tat-Trasport Pubbliku għal logħba Malta – Skozja

Għall-partitissima tal-illejla Malta-Skozja fl-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, l-Malta Public Transport se toffri servizz speċjali tat-Trasport Pubbliku. Din il-partita se tkun l-ewwel waħda minn erba’ logħbiet ta’ Malta kontra l-Ingilterra, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Litwanja ta’ Grupp F għal kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2018 li se ssir fir-Russja.
Aqra aktar

Send this to a friend