serqa | One News

Notifiki

Raġel armat b’arma tan-nar jidħol jisraq minn ħanut f’San Pawl il-Baħar

Ħadd ma weġġa’ f’serqa li seħħet ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa u nofs fi stabbiliment li jinsab fi Triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar. Stħarriġ preliminari rriżulta li raġel liebes kollox iswed u allegatament armat b’arma tan-nar daħal fl-istabbiliment u talab il-flus lill-kaxxiera – mara ta’ tnejn u sittin sena minn San Pawl il-Baħar. Ir-raġel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus.
B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras ħatret bosta esperti biex jassistuha fl-inkjesta li appuntat u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Omm taħfer lil binha ta’ 19-il sena wara li serqilha €54,000 li kellha moħbija f’kompjuter

Kurt Aquilina ta’ 19-il sena minn Birżebbuġa inagħta sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li wieġeb ħati tal-akkużi ta’ serq ta’ flus kontanti mingħand ommu, li jgħixu fl-istess dar.

Sorsi qrib l-investigazzjoni spjegaw ma’ one.com.mt li l-omm sabet €54,000 neqsin minn ġo tower tal-kompjuter fir-residenza tagħhom f’Birżebbuġa. Hija mmedjatament għamlet rapport lill-Pulizija. Wara li nfetħet inkjesta l-flus instabu f’kaxxa taż-żraben li kienet għand il-binha. L-istess sorsi qalulna kif l-omm innutat li flus kineu neqsin wara li marret sabiex tieħu €100 li kellha bżonnhom għal żmien il-Milied.Aqra aktar

Qtil doppju fil-Għargħur: serqa mid-dar tal-vittmi waqt il-funeral

Id-dar li fiha nqatlu żewġ nisa fil-Għargħur f’Lulju li għadda sfat fil-mira ta’ serqa waqt il-funeral tal-istess nisa. Dan ħareġ fil-Qorti hekk kif kompl jinstema’ l-każ kontra Kevin Micallef ta’ 42 sena, li qed ikun mixli bil-qtil ta’ ommu, Antonia Micallef, u ta’ zitu, Maria Carmela Fenech.

Id-delitt sar fit-23 ta’ Lulju fid-dar tal-vittmi stess fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.  Waqt is-smiegħ tal-Erbgħa, ħut l-akkużat irrifjutaw li jagħtu x-xhieda tagħhom minħabba r-relazzjoni tagħhom mal-akkużat.Aqra aktar

Ikaxkar mara mal-art biex jisraqha

Mara ta’ 56 sena sofriet minn ġrieħi ħfief wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-06:30 sfat attakkata minn raġel u ħatfilha xi oġġetti minn idha.  Jidher li waqt li kienet miexja fuq il-bankina raġel ta’ karnaġġjon skur prova jaħtfilha l-brazzuletta minn idha bil-konsegwenza li tilfet il-bilanċ u waqgħet mal-art. Apparti l-waqa’ l-mara sfat imkaxkra mal-art mill-aggressur.  Aqra aktar

Aġġornat: Attentat ta’ serqa f’ħanut f’Tas-Sliema

Raġel ġie arrestat wara li daħal jisraq minn ħanut tal-ħwejjeġ f’Tigne. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15.30 ta’ wara nofsinhar fl-istabbiliment The Point.

Sorsi qalu lil dan l-istazzjoni li l-ħalliel kien armat b’imqass, u prova jisraq minn ħanut tal-ħwejjeġ sportivi.

Iżda l-ħalliel twaqqaf minn sid il-ħanut, li qabdu jisraq fil-fatt. Fuq il-post issejħu l-Pulizija li arrestaw lis-suspettat.

Send this to a friend