sena ġdida | One News

Notifiki

Agħti merħba lill-2019 ma’ Jonas Blue f’Għawdex illejla

Illejla, id-DJ popolari Inġliż Jonas Blue se jkun parti milli-ispettaklu li se jsellem l-2018 u jagħti merbħa lis-sena l-ġdida fi Pjazza Indipendenza f’Għawdex.

Fl-aħħar snin Jonas Blue ħareġ bosta singles li wassluh sal-quċċata tax-xena mużikali internazzjonali. Fost dawn Fast Car, Perfect Strangers, Mama u Rise, l-aħħar suċċess tiegħu għal din is-sena. Is-sena li għaddiet huwa kien ukoll f’pajjiżna biex jieħu sehem fil-Malta Music Week.Aqra aktar

ARA: Id-dinja tibda tilqa l-2019!

Is-sena l-ġdida tinsab ftit sigħat biss ‘il bogħod minn pajjiżna. Iżda hekk kif kulħadd jinsab b’ħeġġa liema bħalha biex jilqa’ l-2019, ħaddieħor diġa ċċelebra l-wasla tagħha, u aktarx diġa straħ fl-ewwel sigħat tagħha.

Fost l-ewwel pajjiżi li taw merħba lis-sena l-ġdida kien hemm Tonga, Samoa u Kiribati. L-ispettaklu f’Samoa kien ikkaraterizzat b’wirja kbira ta’ logħob tan-nar. Fatt interessanti huwa li siegħa ‘l bogħod bl-ajruplan hemm il-gżira Amerikana Samoa, li tiċċelebra s-sena l-ġdida tnax-il siegħa wara Samoa minħabba d-differenza fil-ħin.Aqra aktar

Il-Belt Valletta lesta biex tiċċelebra l-wasla tal-2017

Il-Belt Valletta lesta biex tilqa’ s-sena elfejn u sbatax bi spettaklu u għażla mill-aqwa t’artisti lokali, u mhux biss.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-ġimgħa filgħodu ingħataw l-aħħar dettalji dwar dawn iċ-ċelebrazzjonijiet speċjali, li minbarra li jilqgħu is-sena l-ġdida, se jimmarkaw ukoll il-mument li pajjiżna  jieħu f’idejh l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Pajjiżi madwar id-dinja jibdew l-2017!

Waħda mill-ewwel bliet li qed tilqa’ s-sena 2017 – Auckland fi New Zealand għadha kemm bdiet tiċċelebra s-sena l-ġdida. Siegħa ilu kien hemm l-ewwel ċelebrazzjoni fl-arċipelagu ta’ Tonga. Din il-lista turi li numru ta’ pajjiżi se jkunu qed jiċċelebraw l-ewwel tas-sena qabilna hekk kif il-ħin tagħhom huwa differenti filwaqt li pajjiżi oħra se jkunu qed jawguraw l-ewwel tas-sena lil xulxin warajna.

Aqra aktar

Se ssuq? Jekk int jew ta’ ħdejk tpejpu bit-tfal magħkom, min-nhar il-Ħadd teħlu multa

Min-nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Jannar 2017, tidħol fis-seħħ il-liġi li se twassal għall-projbizzjoni ta’ tipjip f’karozzi privati li fihom ikun hemm ukoll tfal taħt is-16-il sena.

Minn wara l-1 ta’ Jannar jinqabad ipejjep f’karozza privata li fiha jkun hemm il-minuri, li għal dan il-Att huma tfal taħt is-16-il sena, se jeħel multa ta’ €50. Mhux biss is-sewwieq jista’ jeħel din il-multa iżda anke passiġġier li jpejjep f’karozza li fiha jkun hemm it-tfal.

Aqra aktar

Jekk se tagħlaq tmintax-il sena fl-2017…

Hekk kif ninsabu biss jiem ‘il bogħod biex tintemm is-sena 2016 tajjeb li nfakkru li dawk kollha li se jagħlqu tmintax-il sena fl-2017, jistgħu jużaw it-trasport pubbliku bla ħlas għal sena. Din l-iskema ġiet imħabbra fil-baġit 2017.

Aqra aktar

Il-Ħadd titħajjarx taqsam lejn Għawdex f’ħin l-ikel

Fil-Milied u fl-ewwel tas-sena, l-vapur ta’ Għawdex mhux se jkun qed jagħmel il-vjaġġi tiegħu bejn 12.00 u 15.00. Is-servizz tal-Gozo Channel se jkun sospiż biex il-ħaddiema li se jkunu qegħdin jaħdmu f’dawn il-ġranet, ikunu jistgħu jqattgħu ftit ħin mal-familjari u l-ħbieb tagħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend