sejf – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: 5,450 persuna jżuru s-sejf ta’ De Valette f’Jum il-Vitorja

Kienu xejn inqas minn 5,450 persuna li proprju illum ħatfu l-aħħar ċans biex iżuru s-sejf ta’ De Vallette fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija mingħajr ħlas. Dan wara li Heritage Malta estendiet l-esebizzjoni tas-Sejf ta’ De Vallette sal-lum qabel ma’ jmur lura fil-Mużew tal-Louvre fi Franza. 

Ħabbar dan il-Ministru Owen Bonnici permezz ta’ Twitter.

Aqra aktar

Rekord ta’ nies iżuru l-Mużew tal-Arkeoloġija sabiex jaraw is-sejf ta’ De Vallette

39,146 persuna żaret is-sejf ta’ La Vallette sal-4  ta’ Settembru 2017. Is-Sejf ta’ De Vallette se jibqa miftuħ għall-pubbliku sat-8 ta’ Settembru, bl-aħħar jum ikun mingħajr ħlas.

Heritage Malta se testendi l-esebizzjoni tas-Sejf ta’ De Vallette sal-Ġimgħa 8 ta’ Settembru qabel ma’ jmur lura fil-Mużew tal-Louvre fi Franza.  Matul din il-ġurnata s-sejf se jkun miftuħ għall-pubbliku ġenerali.Aqra aktar

Is-sejf li ġibed l-interess mistenni

Is-sejf ta’ De Vallette, għall-wiri fil-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, ġibed l-interess mistenni tant li l-kuratur tal-post spjega ma’ ONE NEWS li fl-aħħar ġimgħat żdiedu b’mod konsiderevoli dawk li żaru l-mużew li jinsab fit-triq ewlenija tal-Kapitali tagħna.

Konxju li din hi opportunità ta’ darba li ilha mistennija bosta snin il-pubbliku Malti kkonkorra bi ħġaru u għal Heritage Malta dan kien ta’ sodisfazzjon.

Manuel Magro Conti, kuratur ewlieni ta’ Heritage Malta, spjega li l-ammont ta’ Maltin li żaru l-mużew kemm ilha hemm il-wirja żdied b’erbgħin fil-mija u l-ammont ta’ turisti b’10%.

Aqra aktar

Il-PM jara r-riżultat tal-ewwel talba tiegħu… is-sejf ta’ La Vallette għall-wiri

Is-Sejf ta’ de Valette jinsab f’Malta għall-ewwel darba mill-1798 bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru fetaħ l-eżebizzjoni ta’ Heritage Malta li fil-qofol tagħha hemm dan is-sejf fil-Mużew tal-Arkeoloġija, fil-Belt Valletta. Fl-indirizza tiegħu l-Prim Ministru spjega li l-Belt Valletta fl-aħħar snin ospitat laqgħat u attivitajiet ta’ importanza internazzjonali.

Aqra aktar

Send this to a friend