sejba | One News

Notifiki

Tliet persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga f’Tas-Sliema- se jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin

Tliet persuni li l-età tagħhom tvarja bejn l-20 u t-43 sena ġew arrestati mill-Pulizija wara li l-Ġimgħa nqabdu bid-droga. Il-Pulizija qalet li raġel mill-Fgura, Beltija, u Olandiż ġew arrestati mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wara li wieħed minnhom inqabad b’diversi kapsoli ta’ madwar 300 gramma, suspettati kokaina.

Ilbieraħ, f’iktar ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wettqu diversi spezzjonijiet madwar Malta fosthom ġewwa tas-Sliema.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. S Grech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jgħinuha.

Iż-żewġt irġiel mistennija jitressqu l-Qorti għada quddiem il-Maġistrat Dr. N Camilleri LL.D, filwaqt li t-tfajla mistennija titressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.

ARA: Arkeologi Spanjoli jsibu xabla medjevali li x’aktarx intużat fil-gwerra ċivili ta’ Kastilja

Arkeologi fi Spanja għamlu sejba rari ta’ xabla medjevali li nħadmet madwar 700 sena ilu. Is-sejba saret waqt xogħlijiet arkeoloġiċi fuq kastell medjevali fl-inħawi fejn xi darba kien hemm il-belt muniċipali ta’ Castellon.

Ix-xabla hija twila madwar 94ċm u 13-il ċm wiesa’, u nstabet qalb sit stroiku ta’ kastell tas-seklu 13, fi żmien ir-Re Jacques ta’ Aragona.

Studju bikri li sar fuq is-sejba jindika li x-xabla saret apposta biex tintuża f’waħda mill-battalji tal-gwerra magħrufa bħala dik taż-żewġ ġebel, jiġifieri żmien l-ewwel gwerra ċivili ta’ Kastilja.

RITRATTI: Erba’ persuni arrestati wara qabda ta’ 23 kilo droga mill-Pulizija

Tliet irġiel Maltin u Sqalli, li l-età tagħhom tvarja bejn is-26 u l-50 sena, spiċċaw arrestati mill-Pulizija wara li saret sejba ta’ madwar 23 kilo droga.

Il-Pulizija kkonfermat li l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienet ilha jiem issegwi lill-persuni li ġew arrestati, u li s-sejba tal-Ħamis filgħaxija saret f’Santa Luċija u fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ.Aqra aktar

Sejba allarmanti

Ritratt allarmanti huwa dak li ppublikat il-Pulizjia Amerikana, wara li iben kantant famuż kien arrestat għal traffikar ta’ persuni.

Huwa iben il-kantant magħruf immens fil-Messiku, Pepe Aguilar. Jose Aguilar kien arrestat wara li nstabu erba’ immigranti illegali fuq wara tal-karozza tiegħu.

L-avukat tal-akkużat jinsisti li l-każ m’għandu x’jaqsam xejn mal-kantant popolari. Kienu klieb tat-tfittxija li sabu lil dawn il-persuni Ċiniżi fil-karozza, fil-konfini ma’ San Diego.

Send this to a friend