sea watch 3 – One News

Notifiki

Il-Kaptan tas-Sea Watch 3 tinħeles mill-arrest

Il-Kaptan tas-Sea Watch 3, Carola Rackete, inħelset mill-arrest it-Tlieta wara li ma nstabitx ħatja li poġġiet ħajjet bosta persuni fil-periklu fil-ħin li kienu abbord il-bastiment. Il-mara, li għandha 31 sena, qalet li minn dejjem poġġiet is-saħħa u ħajjet l-immigranti l-ewwel, anke qabel kwistjonijiet politiċi.

Il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini qal li l-kaptan kisret liġijiet marittimi, tant li ddeskriva għemilha bħala att ta’ gwerra. Dan għaliex Rackete ma tatx kas twissija mill-Gvern Taljan biex l-immigranti ma jiddaħlux f’port sigur fl-Italja.

F’Qorti f’Agrigento, il-mara spjegat li kienet taf bil-konsegwenzi ta’ għemilha, iżda għażlet li tagħmel ta’ rasha wara li rat f’liema stat emozzjonali u fiżiku kienu fih l-immigranti abbord.

Il-Gvern iwieġeb għall-kummenti tad-DPM Taljan dwar il-bastiment SeaWatch 3

Il-bastiment SeaWatch 3 wettaq l-operazzjoni ta’ salvataġġ ta’ immigranti ‘l barra mir-reġjun ta’ tfittxija u salvataġġ ta’ Malta. Dan ikkonfermah il-Gvern Malti fi stqarrija tard il-Ġimgħa filgħaxija, fi tweġiba għal diversi kummenti pubbliċi li għamel id-Deputat Prim Ministru Taljan, Luigi Di Maio.

Il-Gvern żied jgħid li l-operazzjoni ta’ salvataġġ saret aktar viċin tal-Italja minn Malta, u filwaqt li l-NGO talbet lill-Italja tipprovdi port sigur għall-iżblokk tal-immigranti, l-Italja irrifjutat li tagħmel dan, u l-bastiment ma kellux għażla oħra għajr li jsalpa u jikseb refuġju fl-ibħra territorjali Maltin.Aqra aktar

Send this to a friend