Saviour Balzan – One News

Notifiki

Itemm kuntratt imma ma jafx kif

Fil-programm Xtra, il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ qal li se jkun qed jitfa’ l-barra l-investituri fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex.

Investituri li ġew Malta biex jinvestu fl-isptar bħala parti minn proġett kbir li jinkludi wkoll skola medika, u li jara lill-Għawdxin jieħdu l-aqwa kura mingħajr ħlas.

Għalih, li tagħmel hekk ma investituri mhux perikoluż.

Il-preżentatur staqsieh “li jkun hemm kuntratt ma’ kumpanija u tgħid se nqattgħu mingħajr raġuni, ma taħsibx li qed tibgħat messaġġ ħażin lil dawk l-investituri li jixtiequ jinvestu f’pajjiżna?” Għal din il-mistoqsija, il-Kap tal-Oppożizzjoni rrisponda “le”.   

Aqra aktar

GO tirreaġixxi għall-allegazzjonijiet ta’ Saviour Balzan

Il-kumpanija GO irreaġixxiet għal dak li qal Saviour Balzan, ċioe li ngħataw dettalji personali tiegħu minnhom u mill-Vodafone.

Qalet li l-kumpanija tieħu każijiet bħal dawn b’serjetà kbira u li hemm numru ta’ sistemi u proċessi maħsuba apposta biex il-privatezza tkun imħarsa. Tant hu hekk li tnediet investigazzjoni intenra immedjatament u m’hemm ebda indikazzjoni li l-privatezza tal-klijent kienet fil-periklu.

GO qalet li tikkollabora dejjem mal-awtoritajiet relevanti fuq kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ ksur ta’ pirvatezza tal-informazzjoni.

Vodafone qalet li diġà bdiet investigazzjoni interna u li se tkun qed tikkopera mal-awtoritajiet

AĠĠORNAT: Saviour Balzan jieħu passi; jgħid li Vodafone u GO xerrdulu dettalji personali

  • VODAFONE MALTA TIRREAĠIXXI: tgħid li diġà bdiet investigazzjoni interna u li se tkun qed tikkopera mal-awtoritajiet

L-Editur Maniġerjali tal-ġurnal MaltaToday, Saviour Balzan, ressaq ilment bl-avukat mal-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni Vodafone u GO, fejn qed jitlob li ssir investigazzjoni dwar il-ksur ta’ informazzjoni personali li ħarġet mill-kumpaniji tagħhom minn sors intern, dan sabiex jiġi stabbilit is-sors ta’ dan il-ksur.

Dettalji ta’ telefonati li għamel Balzan ġew żvelati fil-blog ta’ Daphne Caruana Galizia, li ġie ppubblikat fil-Malta Independent. Fejn hi rreferit għal dawn it-telefonati bejn Balzan u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

Aqra aktar

Imiss lil Saviour Balzan jieħu lil DCG l-Qorti

Daphne Caruana Galizia, li jumejn ilu vvintat li kien hemm vann joħroġ il-karti mqattgħin minn Pilatus Bank, se jkollha tiffaċċja azzjonijiet legali ġodda.

Dan mingħand Saviour Balzan wara li kitbet fuq telefonati li suppost irċieva mingħand Keith Schembri. Fuq facebook kien ċar ħafna.

L-aħħar darba li għamel hekk kellha tiskuża ruħha. Fisser kif din hi parti minn sensiela ta’ gideb u m’għandux għażla ħlief li jieħu passi legali.

Aqra aktar

Ebda sejf fil-kċina ta’ Pilatus

Is-safe fil-kċina ta’ Pilatus, fejn skont Daphne Caruana Galizia kien hemm moħbija dokumenti, ma jeżistix.

Kiteb dan  il-ġurnalist Saviour Balzan fi tweet fejn qal li “there is no SAFE in Pilatus kitchen i can confirm.”

Aqra aktar

Tinkixef logħba ta’ Busuttil

Wara li l-grupp DB sfida lill-Partit Nazzjonalista li qal li l-maġġoranza tal-flus, madwar sebgħin elf, għaddew lill-media link, il-kumpanija tal-Partit Nazzjonalista, One News tkellem mal-ġurnalist Saviour Balzan li tkellem dwar in-nuqqas ta’ kontabilità fil-politika tal-Oppożizzjoni.

Aqra aktar

Saviour Balzan dwar iż-żjara tal-Pana Committee

Ilbieraħ tlaqqa’ l-kumitat Pana f’pajjiżna. Huwa kumitat tal-Parlament Ewropew li twaqqaf wara l-Panama Papers, bl-iskop li janalizza s-sistemi finanznarji u taxxa fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

L-uniku persuna li semma il-każ ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi kien il-membru Ewro-Parlamentari Nazzjonalista David Casa. Iżda l-kumitat Pana ma ċediex għall-pressjoni tal-Partit Nazzjonalista u qed ffoka fuq is-sistema ta’ taxxa lokali, li ilha fis-seħħ għal snin.

Dwar il-laqgħa tal-kumitat tal-Pana f’Malta tkellimna mal-editur tal-Maltatoday, Saviour Balzan. Qal li ħafna mid-deputati li ġew hawn Malta kien interessati dwar is-sistema ta’ tassazzjoni li hawn hawn Malta u jinteressahom li n-nies tagħhom ma jiġux pajjiżna biex jevitaw it-taxxi. Balzan jemmen li hemm problema kbira ta’ kif inwasslu l-aħbar dwar dak li qed jiġri f’pajjiżna.

Segwi l-kumment hawn.

Aqra aktar

Send this to a friend