saqaf – One News

Notifiki

Iċedi saqaf ta’ ħanut fil-Gżira

Saqaf ta’ ħanut tal-ħwejjeġ fi triq Rue D’Argens fil-Gżira ċeda kmieni dalgħodu, fejn qed jitqies bħala każ b’xorti tajba.

Il-Pulizija sostnew li l-inċident seħħ ftit wara l-10:00 ta’ dalgħodu fejn fortunatament ħadd ma weġġa’.

Għadu mhux ċar x’wassal biex ċeda s-saqaf.

Filmat: Jisfronda parti mis-saqaf tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ fir-Rabat

Matul il-lejl li għadda ċeda parti mis-saqaf ta’ fuq l-artal tal-mejda tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ li tinsab fir-Rabat. B’xorti tajba l-inċident seħħ matul il-lejl u ħadd ma ndarab.

Sorsi fuq il-post qalulna li Fr Martin Coleiro, l-Gwardjan tal-Knisja, ġie assistit minn tabib minħabba x-xokk. Jidher li hemm ħsarat estensivi hekk kif  l-artal tan-nofs tkisser kompletament, u l-artal li fuqu hemm it-tabernaklu xxaqqaq f’ żewġ bnadi iżda jista’ jitranġa.

Fuq il-post jingħaqdu numru mdaqqas ta’ voluntiera li bdew ineħħu t-terrapien u t-tifrik. Ser jitpoġġa tapit u fuqu folji biex joħorġu l-materjal bil-krieret sabiex ma ssirx ħsara lill-irħam tat-twiebet ta’ mal-art.

Ritratti mibgħuta lil one.com.mt juru l-ħerba li ħalla dan l-inċident fil-Knisja b’mod partikolari fis-saqaf tal-knisja li hija fost l-eqdem fir-Rabat.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Raġel isofri ġrieħi ħfief wara li ċeda saqaf ta’ residenza fil-Fgura

Raġel ta’ 41 sena qed isofri minn ġrieħi ħfief wara li ċeda bih saqaf ta’ washroom ta’ residenza fil-Fgura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-20.00 f’dar fi Triq Mater Bon Consilli waqt li r-raġel kien qed jagħmel xogħol permezz ta’ jigger fuq is-saqaf ta’ washroom. Kien f’dak il-mument li s-saqaf ċeda u waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Aqra aktar

Send this to a friend