santa marija – One News

Notifiki

Festa speċjali f’Ħ’Attard

Din is-sena il-festa ta’ Santa Marija f’Ħ’Attard ser tkun waħda speċjali. Dan minħabba li s-Soċjetà Mużikali ‘La Stella Levantina A.D.1894’ tal-istess lokalità qed tiċċelebra l-125 sena mit-twaqqif tagħha. Din is-Soċjetà rat il-bidu tagħha fl-1894, meta xprunati mill-Kappillan ta’ dak iż-żmien, Dun Karm Azzopardi, grupp ta’ nies waqqfu l-‘Casino La Stella Levantina’. Dawn in-nies kienu mmexxija minn Mastru Karmenu Debono, artist u dekoratur minn Ħ’Attard. Minnufih din l-Għaqda bdiet taħdem għall-festa ta’ Santa Marija, fejn il-membri tagħha ħadmu l-armar tal-festa, li wħud minu għadu jitgawda sal-lum, u għamlu wkoll il-pedestall tal-Vara ta’ Santa Marija. Kienu jieħdu sehem attiv fil-festa billi jistiednu baned kif ukoll b’kontribuzzjoni għal-logħob tan-nar. Aqra aktar

Eluf jiċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija

Il-Festa ta’ Santa Marija hija festa mistennija minn ħafna.

Festa sinonima max-shutdowns, fejn għal ġimgħa sħiħa, bosta ħaddiema jaqtgħu ftit mir-rutina ta’ kuljum u min imur xi btala, min jerħilha lejn il-gzira għawdxija jew inkella jgawdu ftit ħin ta’ mistrieħ fuq xi bajja.

Aqra aktar

Send this to a friend