santa klaws – One News

Notifiki

X’bagħtulu lil Santa Klaws it-tfal din is-sena?

Madwar id-dinja kollha, miljuni ta’ tfal jibagħtu ittra lil Missier il-Milied; fiha jesprimu xi xewqa partikolari fosthom dwar ir-rigal li jixtiequ jaqilgħu jew inkella dwar x’jixtiequ li jesperjenzaw fil-ġejjieni.  Dawn ix-xewqat jintbgħatu l-Finlandja bit-tama li mat-tokki ta’ nofsillejl, ix-xewqa ssir realtà.

Żorna l-posta f’Ħal Qormi fejn mar rajna l-ittri li bagħtu t-tfal Maltin lil Missier il-Milied.  Dwar dan, tkellimna f’aktar dettall ma’ Kirsten Portelli, Uffiċjal mill-MaltaPost.  Aqra aktar

ARA: Santa Klaws jagħti daqqa t’id biex jitneħħa l-plastik minn qiegħ il-baħar fi Spinola

Din is-sena, Santa Klaws ta daqqa t’id fil-ġlieda kontra l-plastik fl-ibħra tagħna. Waqt inizjattiva ta’ tindif f’San Ġiljan, diversi għaqdiet taw sehemhom biex jinġabar il-plastik u skart goff li kien f’qiegħ il-baħar fl-inħawi ta’ Spinola.

L-attività saret b’kollaborazzjoni bejn Żibel, No to Plastic, u stabbilimenti bħal Raniero’s Adventures, Cafè Cuba, u Park Towers.

Instab is-Santa Klaws oriġinali fit-Turkija?

Arkeologi Torok jemmnu li sabu l-qabar tas-Santa Klaws oriġinali, magħruf ukoll bħala San Nikola.

Qabar f’kundizzjoni tajba ħafna nstab taħt il-Knisja ta’ San Nikola fid-distrett ta’ Demre f’Antalja fil-Lbiċ tat-Turkija, fejn huwa maħsub li San Nikola twieled.

Il-Knisja ta’ San Nikola f’Demre fit-Turkija minn ġewwa

Aqra aktar

It-tfal jistgħu jirċievu ittra personalizzata minn għand Santa Klaws

Din is-sena, it-tfal jistgħu jimpustaw l-ittri tagħhom lil Santa Klaws fil-Kaxxa tal-Ittri magħmula biex it-tfal jiktbu x-xewqat tagħhom lil Santa Klaws u jistaqsuh biex jiġi u jħallilhom ir-rigali taħt is-Siġra tal-Milied. Din il-kaxxa tinsab fejn dak li qed jiġi msejjaħ bħala l-Uffiċċju Postali temporanju ta’ Santa Klaws, faċċata tal-Qorti fi Triq ir-Repubblika’ fil-Belt Valletta.
Aqra aktar

Send this to a friend