sant anġlu | One News

Notifiki

Fil-Forti Sant’Anġlu, jgħidu li tidher ‘is-Sinjura l-Griża’

Wara li s-sieħba tal-Kastellan de Nava heddet li tikxef ir-relazzjoni sigrieta tagħhom, hi nqatlet u ndifnet f’wieħed mill-ħitan tal-Forti Sant’Anġlu. Jingħad li s-Sinjura l-Griża bdiet tidher f’dan il-forti … sal-lum.

Wara l-interess qawwi li ntwera fis-sensiela ‘Dark Tales’, Heritage Malta se torganizza attività oħra simili bbażata fuq misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu. Minbarra li hu ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja twila tiegħu.

Aqra aktar

Forti Sant’ Anġlu illum miftuħ bi prezz imraħħas ta’ €2

  • Nhar il-31 ta’ Marzu, festa pubblika, Forti Sant’Anġlu se jiftaħ għall-pubbliku bi prezz imraħħas ta’ €2 filwaqt li l-ħinijiet tal-ftuħ se jkunu estiżi sakemm tispiċċa r-Regatta fil-Port il-Kbir.

Forti Sant’Anġlu tiddomina l-ponta tal-Birgu kif ukoll il-Port il-Kbir u toffri l-aħjar spazju għad-dilettanti tar-Regatta biex isegwu t-tiġrijiet tradizzjonali tad-dgħajjes Maltin.

Aqra aktar

Żwieġ la Maltija fil-Forti Sant’Anġlu

Personalitajiet prominenti se jkunu fost il-protagonisti ewlenin tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Il-Qarċilla li se terġa’ ssir fil-Forti Sant’Anġlu minn Heritage Malta bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-Universitá ta’ Malta, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u tal-Kumitat tal-Karnival.

Aqra aktar

Issa tista’ żżur wkoll il-parti ta’ fuq tal-Forti Sant’Anġlu – Heritage Malta laħqet ftehim

Il-parti ta’ fuq ta’ Forti Sant’Anġlu mmexxija mill-Ordni Militari Sovran ta’ Malta (SMOM) se tkun aċċessibbli għal kull min iżur dan il-forti mill-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru. Dan huwa possibbli wara ftehim milħuq ma’ Heritage Malta.

Il-parti ta’ fuq ta’ Forti Sant’Anġlu kienet ingħatat lill-SMOM b’kirja fl-1998 u wara ġiet anke rrestawrata. S’issa, din il-parti tal-forti kienet rarament miftuħa għall-pubbliku ġenerali.

Aqra aktar

Forti Sant’Anġlu jiftaħ għall-pubbliku mill-ewwel ta’ Novembru

Forti Sant’Anġlu se jiftaħ kuljum għall-pubbliku ġenerali mill-ewwel ta’ Novembru. Fil-forti saru xogħlijiet ewlenin u partijiet sostanzjali ġew restawrati biex issa jinsabu lura għall-glorja preċedenti tagħhom.

Apparti milli jżur l-forti, il-pubbliku se jkollu opportunità jara veduti spettakolari tal-Port il-Kbir u tal-Belt Valletta.

Il-proġett ta’ restawr ta’ € 14,500,000 kien inawgurat fl-2015. Tul is-sena li għaddiet saru numru ta’ avvenimenti organizzati, inklużi laqgħat għall-mexxejja tal-istati tal-Commonwealth u tal-gvernijiet matul CHOGM.

F’post dominanti fil-ponta tal-Birgu, Forti Sant’Anġlu dejjem kienet ta’ importanza kbira minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha. Minħabba l-irwol li kellha matul l-istorja Maltija, Forti Sant’Anġlu twiegħed esperjenza ġenwina u memorabbli.

Fis-sit hemm ċentru ta’ interpretazzjoni li jippreżenta informazzjoni dwar il-forti u l-istorja tagħha.

5,500 persuna żaru l-Forti Sant’Anġlu fil-Vitorja; tfal u nanniet jitgħallmu flimkien!

Hu stmat  5,500 persuna żaru l-Forti Sant’Anġlu l-bieraħ.

Din kienet l-ewwel darba, wara assenza ta’ tmien snin, li nżammet tradizzjoni li tmur lura ftit inqas minn 130 sena, u f’Jum il-Vitorja Heritage Malta fetħet il-forti għal pubbliku f’Jum il-Vitorja, b’aċċess għal żoni li s’issa ma kinux aċċessibbli għall-pubbliku.

Kelliem għal Heritage Malta qal li nnotaw preżenza qawwija ta’ familji, bit-tfal, nanniet b’kollox, li għamlu l-Forti post fejn ingħaqdu u tgħallmu dwar l-istorja Maltija flimkien.

Aqra aktar

In-nies jibdew mit-triq!

Hekk kif illum, pajjiżna qed jiċċelebra Jum il-Vitorja, bosta kienu dawk li ddeċidew li jżuru l-Forti Sant’ Anġlu li matul il-jum tal-Ħamis huwa miftuħ għall-pubbliku. Kif jidher tajjeb f’dawn ir-ritratti mijiet qed joħonqu t-triq biex huma wkoll ikunu jistgħu igawdu veduta spettakolari kif ukoll jgħixu l-passat.
Aqra aktar

Send this to a friend