Sandro Chetcuti | One News

Notifiki

Żvilupp bilanċjat li jġib in-nies flimkien

Waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi l-Prim Ministru saħaq li fiż-żmien qarib se tkun qed titħabbar l-idea għat-tip ta’ żvilupp f’Manoel Island.

Dan il-proġett  se jkun xempju ta’ proġett bilanċjat bejn l-interessi tal-iżviluppaturi u l-komunità tal-madwar qal il-Prim Ministru.

Joseph Muscat spjega kif kull ma jonqos huwa l-firem tal-partijiet konċernati fejn wara ħafna kontroversja mistenni jintlaħaq qbil finali bejn il-konsorzju MIDI u l-Kunsill Lokali Gżirjan fost l-oħrajn.

Tul l-indirizz tiegħu quddiem l-iżviluppaturi Maltin u Għawdxin il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-White Paper li se joħroġ il-Gvern dwar is-Suq tal-Kera.Aqra aktar

70 uffiċċju tal-aġenti tal-propjetà jingħaqdu mal-MDA

Il-liġi tal-aġenti tal-propjeta’ mistennija tidħol fis-seħħ sal-aħħar ta’ din is-sena. Dan wara li fl-elfejn u sittax ġiet ippublikata white paper għad-diskussjoni u li f’ sentejn ġiet emendata kemm il-darba.

Qal dan is-Segretarju Parlamentari għas-Suq tal-Propjetà Chris Agius waqt li l-Ġimgħa filgħodu ġiet imneddija s-sezzjoni tal-Aġenti tal-Propjeta’ fi ħdan l-Assoċazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi l-MDA wara li sebgħin uffiċċju tal-bejgħ tal-Propjeta ħarġu mill-Federazzjoni li kienu membri fiha.

Il-President ta’ din l-Assoċazzjoni Sandro Chetcuti, li issa laqgħet fiha wkoll lil dawn l-aġenti, qal kif l-investment taċ-ċittadinanza b’ investiment għin sabiex is-suq tal-propjeta’ f’ pajjiżna kiber ħafna għal dak li hu llum.

Huwa qal li t-triq ‘il quddiem għal dan il-programm hija li dan jitjieb u għalhekk l-Assoċjazzjoni flimkien mas-sezzjoni tal-Aġenti tal-Propjetà se jkunu qed iressqu numru ta’ proposti lill-Gvern dwar dan. Fost l-ewwel proposti se jkunu li jitilgħu t-tresholds eżistenti tal-kirja u l-investiment tal-propjetà, jekk wieħed jiddeċiedi li jixtri ċ-ċittadinanza Maltija.

149 applikazzjoni għall-iskema “Nikru Biex Nassistu”

Minn meta tnediet l-iskema “Nikru Biex Nassistu” – li l-applikazzjonijiet għaliha nfetħu fl-1 ta’ Settembru, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 149 applikazzjoni – medja ta’ 5 kuljum.

Skema li permezz tagħha, sidien ta’ postijiet jidħlu fi ftehim mal-Gvern għal għaxar snin, biex filwaqt li l-Gvern jikrihom mingħandhom permezz tal-Awtorità tad-Djar, din tgħaddihom b’kirja lil dawk li jeħtieġu akkomodazzjoni soċjali.

L-applikazzjonijiet li daħlu sa issa mistennija jkunu lesti fix-xhur li ġejjin, u oħrajn għadhom taħt kostruzzjoni.

Aqra aktar

Żviluppaturi Maltin bi proposti għall-baġit tas-sena d-dieħla

Il-Prim Ministru dalgħodu ltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, li preżentaw proposti tagħhom għat-tfassil tal-baġit tas-sena d-dieħla. Qalu li l-proposti huma maħsuba biex tingħata importanza lill-ambjent. Mistennija wkoll ikun hemm emfasi fuq min jixtieq jixtri t-tieni propjetà, wara li kienet ta’ suċċess kbir l-iskema ta’ ‘first time buyers’ għal min jixtri l-ewwel propjetà tiegħu. 
Joseph Muscat qal li l-baġit għas-sena d-dieħla se jkun wieħed ta’ kontinwità u li fih m’hemmx sorpriżi. Se jkun maħsub biex jistimola l-ekonomija u l-investiment, b’emfasi fuq id-distribuzzjoni tajba tal-ġid. Stqarr li fadal aktar lok għal tkabbir u ideat innovattivi, bħat-tfassil ta’ master plan għaż-żona ta’ San Ġiljan.  Dan joffri ċertezza lill-iżviluppatur u l-investitur, u jnaqqas deċiżjonijiet sporadiċi. 

Send this to a friend