San Pawl | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: L-ikbar kalzetta tal-Milied f’Ħad-Dingli

Dieħel ġmielu l-ispirtu tal-Milied f’Ħad Dingli, hekk kif sa tmiem din il-ġimgħa, din il-lokalita’ ser tkun attrazzjoni allegra. Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Għaqda Talent Dingli ser jerġa’ jikser ir-rekord bil-kalzetta tal-Milied, li hija twila tmien metri u tmintax-il ċentimetru u erba metri u għoxrin ċentimetru mill-biċċa t’isfel.

Aqra aktar

Publiju l-Prinċep tal-gżira fil-qalba ta’ ċentru turistiku

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta hija għaqda volontarja li tieħu ħsieb iżżomm ħaj il-kult u d-devozzjoni lejn San Publju, Patrun u qaddis Malti. San Pawl u San Publju huma l-protagonisti tal-bidla fil-ħsieb li ħalla impatt qawwi fi gżiritna sal-lum. Il-ġenerożita’ tal-Prinċep tal-gżira Publju wasslet biex dil-gżira ċkejkna ssib postha fl-akbar ktieb; il-Bibbja.

Aqra aktar

ARA: Waslet il-festa ta’ San Pawl fil-Munxar Għawdex

Nhar is-sibt li ġej 26 ta’ Mejju 2018 se jsir spettaklu ta’ nar sinkronizzat fil-Munxar Għawdex.

Din l-attività tagħti bidu għall-festi f’ġieħ l-Appostlu San Pawl u qed tiġi organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini tal-Munxar.

Jisimha Light up the sky u tibda f’nofs il-lejl.

Il-Konverżjoni ta’ San Pawl

Illum huwa jum il-konverżjoni ta’ San Pawl. F’pajjiżna r-rabta ma’ dan il-qaddis hija kbira tant li nattribwixxu l-fidi tagħna lill-miġja tiegħu f’Malta fis-sena 60 wara Kristu.

Minħabba li din is-sena l-karnival se jaħbat bejn l-10 u t-13 ta’ Frar, il-festa tan-nawfraġju ta’ San Pawl f’pajjiżna se tkun iċċelebrata nhar is-sibt li ġej 27 ta’ jannar.

Aqra aktar

1950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pawl

Kien mument emozzjonanti għall-Pawlini meta fil-Kolleġġjata ddedikata lill-istess qaddis nħarġet min-niċċa  l-istatwa ta’ San Pawl u tpoġġiet fi spazju prominenti.

Ħruġ li fisser il-bidu taċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ San Pawl, festa li din is-sena hija speċjali u dan għax qed jitfakkar l-elf disa’ mija u ħamsin sena mill-martirju tal-qaddis li ġab il-fidi Kattolika f’pajjiżna.

Anniversarju li qed ikun immarkat madwar il-Belt Valletta kollha u dan permezz tar-relikwa tal-kolonna li ntużat fil-martirju. Edward Bonello, Segretarju tal-għaqda Pawlini spjega kif din is-sena, il-festa ta’ San Pawl qed tasal għand kulħadd.

Aqra aktar

ĠLIEDA b’konsegwenzi gravi f’San Pawl il-Baħar

Dalgħodi għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart seħħ argument ġo stabbiliment fi Triq il-Mazzola, San Pawl il-Baħar.

Raġel Serb ta’ 45 sena residenti San Ġwann, waqt argument, ġie ferut b’daqqa ta oġġett iebes.

L-aggressur, raġel ta’ nazzjonalita’ Libjana ta’ 29 sena u residenti f’San Pawl il-Baħar, ħarab min fuq  il-post. Huwa ġie imfittex u arrestat iktar tard.Aqra aktar

Aġġornata: Mellieħi ta’ 56 bi ġrieħi gravi

Aktar kmieni rrapportajna li vann Isuzu Elf inqaleb bil-bypass li mix-Xemxija jwassal għal San Pawl il-Baħar, ċioa Triq Dawret San Pawl. Il-vann inqaleb għal fuq razzett li hemm taħt il-livell tat-triq.

Is-sewwieq huwa raġel ta’ 56 sena mill-Mellieħa. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jissejħu biex joħorġuh mill-vann, wara l-inċident li seħħ għall-ħabta tas-06:30 dalgħodu.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

Aqra aktar

10 ta’ Frar kif sabu San Pawl: MALTEMP

Għal min illum xtaq jieħu ġurnata btala jew igawdi l-festa, forsi jdur mal-gżejjer Maltin igawdi s-sħana li suppost se tagħmel fi Frar, hemm daqxejn diżappunt.

Ġej jum maltempati, kif sabu San Pawl, wara kollox, eluf ta’ snin ilu. Però l-aħbar tajba hi li għada mistennija toħroġ ix-xemx, jiġifieri ta’ min jipposponi d-divertiment għal għada.

Dan skont maltaweather.com:

Aqra aktar

Send this to a friend