san pawl il bahar – Page 6 – One News

Notifiki

Kellha tintervjeni l-Green MT!

L-indafa fil-pajjiż tinżamm jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu – iżda jidher li f’bosta lokalitajiet f’Malta u Għawdex in-nies xorta jagħżlu li jarmu l-iskart tagħhom bl-addoċċ.

Aqra aktar

Tnejn midruba f’inċident bil-mutur

Koppja Ingliża li kienu qed isuqu mutur tilfu l-kontroll u waqgħu fi Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar. Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin għaxra.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura. Is-sewwieq, li għandu 31 sena, u l-passiġier, mara ta’ 34 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar, ġew iċċertifikati li qiegħdin isofru minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Send this to a friend