san pawl il bahar – Page 5 – One News

Notifiki

Talli jnaddaflu t-triq, jirringrazzjah bix-xarba favorita tiegħu…

Xi kultant, ta’ bnedmin li aħna, ma nagħtux każ l-affarijiet żgħar pożittivi li jiġru madwarna.

Bħal meta xi ħadd iħallik taqleb il-karreġjata waqt li tkun qed issuq, jew meta toħroġ barra mill-bieb u ssib it-triq nadifa.

Fuq is-sit soċjali Facebook, raġel iddeċieda jħalli messaġġ ta’ ringrazzjament lil raġel li ta’ kull nhar t’Erbgħa jgħaddi minn Triq il-Mazzola f’San Pawl il-Baħar u jagħmel xogħol siewi.

Aqra aktar

PERSUNA MEJTA wara splużjoni f’San Pawl il-Baħar

Persuna tilfet ħajjitha wara li għal ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu seħħet splużjoni f’San Pawl il-Baħar, fi Triq il-Ġifen, li tinsab wara ċ-ċinema. Ninsabu informati li huwa sid ta’ ħanut, għalkemm din hija informazzjoni li għad trid tkun ikkonfermata.

Hemm vettura involuta f’din l-isplużjoni. Persuni li jgħixu fiz-zona qalulna “mhux theżżiża bħal meta tisplodi xi kamra tan-nar. Iktar qisha waqgħet xi ħaġa enormi”.

Fuq il-post bħalissa hemm diversi ambulanzi, Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Natasha Galea Sciberras qiegħda tmexxi inkjesta Maġisterjali.

Aqra aktar

“Mhix kwistjoni ta’ reliġjon”

Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar iċċara li l-kwistjoni li qamet dwar il-post ta’ talb mhix kwistjoni ta’ reliġjon.

Fi stqarrija qal li sfortunatament, il-problema hija li s-sit mhux addattat minħabba li joħloq inkonvenjenza għall-pubbliku.

Fl-istess waqt, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar qal li jifhem u jagħraf li kulħadd għandu d-dritt għal fehma, opinjoni, u twemmin.

L-uffiċju tal-President jikkjarifika dwar il-laqgħa mal-komunità Musulmana u l-Kunsill ta’ San Pawl

Wara xi rapporti inkorretti f’sezzjonijiet tal-media, l-Uffiċċju tal-President jinforma li l-laqgħa privata bejn il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u l-komunità Musulmana tal-istess lokalità, se jsir bl-iskop ewlieni sabiex jinħoloq spazju ta’ djalogu.

Rapporti inkorretti u spekulazzjonijiet oħra qed joħolqu firda fil-komunitajiet tagħna.

“Huwa parti mir-rwol tal-President ta’ Malta li jara li tirrenja l-għaqda u mhux il-firda, għax il-familji Maltin jixirqilhom jgħixu fil-komunitajiet rispettivi tagħhom, f’ambjent seren” sostna l-uffiċju tal-President fi stqarrija.

Kellha tintervjeni l-Green MT!

L-indafa fil-pajjiż tinżamm jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu – iżda jidher li f’bosta lokalitajiet f’Malta u Għawdex in-nies xorta jagħżlu li jarmu l-iskart tagħhom bl-addoċċ.

Aqra aktar

Send this to a friend