san pawl il bahar – Page 4 – One News

Notifiki

Isofri ġrieħi gravi wara argument f’San Pawl il-Baħar

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ dal-lejl, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 46 sena, residenti l-Għargħur kien sofra xi ġrieħi meta allegatament kien involut f’argument ġewwa l-komun ta’ blokka appartamenti.

Aqra aktar

Lesta t-triq li ddawwar San Pawl il-Baħar

Il-Ħamis filgħodu tlestiet l-aħħar biċċa tat-triq li ddur max-xatt ta’ San Pawl il-Baħar, Bugibba u l-Qawra.  B’ hekk l-unika xogħol li fadal issa huwa li jiġu mmarkati s-sinjali tat-traffiku f’ xi partijiet minnha.

Il-Proġett li nbegħda biss ftit tal-ġimgħat ilhu tlesta fil-ħin dan minkejja d-diversi ntoppi li nstabu fosthom kellhom jinbidlu xi xi servizzi taħt it-triq.

In-negozjanti tal-inħawi jqisu dan il-proġett bħala nifs għalihom hekk kif din it-triq kienet qed tagħti dehra traskurata ta’ dan il-lok turistiku.

Aqra aktar

“Grazzi tal-ħidma kbira li saret” – Justyne Caruana

B’referenza għall-inċident li seħħ f’Casa San Paolo f’San Pawl il-Baħar, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana rringrazzjat il-ħidma kbira li saret, biex l-inċident li fih dar għall-anzjani inħakmet minn nirien, ma kellux konsegwenzi serji.

Is-Segretarju Parlamentari irringrazzjat lit-tmexxija u l-istaff ta’ Casa San Paolo, lill-Korp tal-Pulizija, lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, lill-Forzi Armati, lit-team mediku, lir-Red Cross, lill-Kappillan Fr Antoine Apap u l-komunità parrokkjali, kif ukoll lill-voluntieri kollha, sidien tal-ħwienet, ġirien u dawk kollha li taw l-assistenza tagħhom f’dan l-inċident.

Aqra aktar

SAN PAWL: żagħżugħa f’argument tispiċċa bi ġrieħi gravi

Żagħżugħa ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’argument. Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd għall-ħabta ta’ nofs il-lejl f’residenza fi Triq Mozzolla f’San Pawl il-Baħar ma’ raġel ta’ sebgħa u għoxrin sena residenti l-Floriana.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi. Ir-raġel ħarab minn fuq il-post, iżda aktar tard kien arrestat u ttieħed il-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Żewġ persuni feruti wara ġlieda f’San Pawl il-Baħar – żagħżugħ arrestat

Żewġ persuni sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti fi ġlieda fi Triq il-Ġifen, San Pawl il-Baħar.

Il-ġlieda seħħet ilbieraħ għall-ħabta tad-9:10 ta’ filgħaxija.

Minn stharriġ preliminari li sar, irriżulta li mara ta’ 30 sena, residenti s-Siġġiewi u raġel ta’ 31 sena residenti Ħ’Attard sfaw feruti wara li allegatament kienu qalgħu xi daqqiet minn xi persuni.

Aqra aktar

Send this to a friend