san pawl il bahar – Page 3 – One News

Notifiki

Ġlieda f’San Pawl il-Baħar

ONE News jinsab infurmat li seħħet ġlieda ġo ħanut fi Triq Aristarku f’San Pawl il-Baħar.

Dan ġara għall-ħabta tal-11.00am.

Il-Pulizija ssejħu fuq il-post.

Aktar dettalji malli jaslulna.

 

Akkużat li ġab id-droga għall-party Lost and Found

Mark Anthony Vassallo inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li kellu droga fil-pussess tiegħu.   Vassallo ta’ ħamsa u għoxrin sena minn San Pawl il-Baħar kien mixli li kellu droga kannabis u mediċina psikotropika u ristretta, li jidher li ma kienux għall-użu personali tiegħu.

Aqra aktar

Żagħżugħ ta’ 18-il sena l-isptar wara inċident f’San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ ta’ tmintax -il sena ttieħed l-isptar għal kura wara li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident b’karozza f’San Pawl il-Baħar.

Il-ġuvni minn Pembroke kien qed isuq karozza Volkswagen Golf fi Triq Burmarrad meta għal ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ dalgħodu tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’siġra u l-karozza waqfet ma’ bieb ta’ garaxx.

Aqra aktar

Isib ruħu l-ħabs wara li nqabad b’sikkina f’San Pawl il-Baħar

Elliot Paul Busuttil ta’ 34 sena ntbagħat disa’ xhur ħabs wara li wieġeb li huwa ħati wara li ġie akkużat li t-Tlieta filgħodu ġewwa San Pawl il-Baħar kellu fil-pussess tiegħu arma li taqta u bil-ponta mingħajr liċenzja tal-Pulizija.

Busuttil qed jiġi akkużat ukoll li kiser l-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja li ġiet imposta fuqu fit-tmienja ta’ Frar li għadda u li kien riċediv.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Godwin Scerri akkużatu wkoll bi ksur tal-paċi pubblika waqt l-imsemmi reat.

Aqra aktar

Il-Gvern jagħti struzzjonjiet biex jinħatar Sindku fil-KL ta’ San Pawl il-Baħar skont deċiżjoni tal-Qorti

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici għamel użu mis-setgħat mogħtija lilu taħt l-Att dwar il-Kunsilli Lokali, u abbażi ta’ dak deċiż mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fuq bażi prima facie fid-digriet tagħha tas-6 ta’ Frar 2018 fl-atti tal-Mandat ta’ Inibizzjoni numru 69/2018JZM, u ta struzzjonijiet biex il-post ta’ sindku jimtela minn dik il-persuna tal-istess partit li tkun ġabet l-akbar ammont ta’ voti fl-ewwel għadd wara s-sindku li jkun qed jispiċċa mill-kariga.

Aqra aktar

Il-PN jista’ jwaħħal biss fih innifsu

Il-Partit Laburista fi stqarrija qal li l-Partit Nazzjonalista jrid jieqaf jipprova jwaħħal f’ħaddieħor għall-problemi li ħoloq hu f’San Pawl il-Baħar. Li wara l-ħatra ta’ Adrian Delia bħala Kap l-PN ma kienx kapaċi jżomm il-maġġoranza li kellu f’din il-lokalità mhux tort tal-Partit Laburista. Iżda, huwa tort tan-nuqqas tat-tmexxija tal-istess Delia.Aqra aktar

Ferut gravi minn arma taqta’ bil-ponta f’San Pawl il-Baħar

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-tlieta u nofs, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq L-Imrejkba, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 47 sena, residenti l-Mosta u raġel ta’ 44 sena, residenti l-Għargħur, kienu involuti f’argument ma’ xi persuni oħra li minnufih telqu minn fuq il-post.

Waqt l-argument ir-raġel ta’ 47 sena allegatament sofra ġrieħi t’arma taqta’ u bil-ponta u ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzonijiet mill-Għassa tal-Qawra għadhom għaddejjin.

Adrian Delia daħħal il-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar fis-sqaq

In-nuqqas ta’ azzjoni u tmexxija tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, tefgħet il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar fi sqaq. Il-Partit Nazzjonalista tilef il-maġġoranza f’dan il-kunsill lokali u issa m’għandux biex jaħtar Sindku. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ma jistax jippretendi li l-Partit Laburista jivvota biex jeleġġi Sindku Nazzjonalista jidher li għandu problema wkoll għax dawk li oriġinarjament telgħu fuq il-lista tiegħu wkoll mhumiex lesti jappoġġjaw Sindku mill-Partit Nazzjonalista.

Minkejja li Delia kien ilu jaf li s-sitwazzjoni kienet waħda fejn intilef il-kontroll, baqa’ gallarija biex illum daħħal il-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar fi kriżi bla preċedent bil-konsegwenzi jbagħtuhom biss ir-residenti. F’dan il-każ il-piż kollu qed fuq spallejn Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista li għandhom joffru soluzzjoni biex ikunu huma li jassiguraw li l-maġġoranza taħdem.

Qisu żejt

Ritratt li nġibed minn Mark Anthony Bugeja juri pajjiżna fl-aqwa staġun tal-bnazzi bil-baħar qisu żejt. Imma l-Malti jgħid li sal-Ġimgha l-Kbira stenna ftit maltemp u kesħa u forsi baqa’ biex dak li jkun igawdi dan ix-xenarju minn issa. Għalkemm nafu wkoll li t-temp mhux dejjem tista’ toħodlu kopja.

Ir-ritratt ittieħed wara l-moll tal-Veċċa, f’San Pawl il-Baħar

Send this to a friend