san pawl il bahar – Page 2 – One News

Notifiki

“Kemm bkejt…” anzjana mweġġa’ wara li nsterqulha €30,000 f’ġojjelli minn darha

Il-Pulizija qed tinvestiga allegata serqa ta’ ġojjelli minn dar t’anzjana minn san Pawl il-Baħar. One News tkellem mal-anzjana li tgħix f’darha waħidha u hija mdaħhla sew fl-età.

Bil kundizzjoni tal anonimità u li ma nġibulhiex wiċċha, l-anzjana spjegat kif hi għandha suspett f’min seta’ ħadilha l-ġojjelli tagħha.  Qalet li għaliha kienet esperjenza trawmatika meta marret biex tiftah il kaxxa bil-ġojjelli u d-dehbijiet u ma sabithomx.  Saħqet li b’kollox min seraqha ħadilha b’madwar €30,000 f’ġojjelerija.

“ Xi €30,000 jiswew  li serqitli, għax id-deheb li kelli ta’ żmien in-nanniet.”

L-anzjana viżilbilment emozzjonata saħqetli filwaqt li l-oġġetti misruqa jiswew ħafna flus, l-iktar li weġġagħha kien il-fatt li għaliha għandhom valur sentimentali kbir għax kienu rigal mingħand żewġha qabel miet.

“Kemm bkejt, lanqas niekol m’jien qiegħda daqs kemm iddispjaċini.  Iddispjaċini l-iktar għax affarijiet li tani hu qabel miet u qabel miet, qabel ġejna mill-Ingilterra, qabel ma tlaqna mill-Ingilterra, mill-ajruport xtrali sett ukoll.  Kien €500, ġawhar imma dawk ċelesti.  Kollox ħaditli. Hemm, imsielet biss bqajt u dawn għax nilbishom ta’ kuljum.”

Dwar dawn l-allegazzjoniet ONE News bagħat sensiela ta’ mistoqsijiet  lill-pulizija li min-naħa tagħha kkonfermat li għaddejja bl-investigazzjonijiet u qalet li f’dan l-istadju ma jkunx prudenti li jikkummentaw iżjed dwar dan il-każ.

Nirien kbar qerdu żewġ karozzi f’San Pawl il-Baħar

Żewġ karozzi inqerdu totalment filwaqt li tlieta oħra ġarbu ħsarat konsiderevoli f’San Pawl il-Baħar. Il-każ seħħ għall-ħabta tan-00:30 fi Triq Jean De La Cassier.

Jidher li għal xi raġuni karozza ħadet in-nar bil-konsegwenza li dan infirex fuq il-kumplament li kienu fl-inħawi. Il-vetturi li nħarqu totalment huma vann tat-tip Iveco kif ukoll Opel Tigra. Filwaqt li Land Rover, vann Peugeot Partner kif ukoll vann ieħor Mitsubishi sofrew minn xi ħruq fuq il-parti ta’ quddiem tal-vettura.Aqra aktar

Appartament f’San Pawl il-Baħar jinħakem min-nirien

Ħadd ma’ weġġa’ f’nirien li żviluppaw f’appartament f’San Pawl il-Baħar it-Tnejn waranofsinhar. Għal xi ħin, persuni li jgħixu fl-appartament stkennew fil-gallarija sabiex ma jsofrux ġrieħi min-nirien.

Diversi pumpiera marru minnufih fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien.

 

648 imħarrka wara li nqabdu jarmu barra

Bejn Jannar ta’ din is-sena u s-Sibt 25 ta’ Awwissu, l-Aġenzija LESA rrapportat li b’kollox ġew imwidba 800 persuna u li minnhom tħarrku 648 b’rabta ma’ offiżi ambjentali. Dan ikompli juri biċ-ċar li l-uffiċjali tal-komunità, li fl-ewwel ta’ Mejju li għadda ġew trasferiti mal-aġenzija governattiva LESA, qegħdin ikunu aktar viċin il-bżonnijiet tal-komunità u issa l-infurzar lokali ma baqax biss limitat għall-kontravenzjonjiet tat-traffiku iżda qed jimraħ f’oqsma importanti oħra.
Aqra aktar

Tgħumx f’din iż-żona f’San Pawl il-Baħar

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li wara li lbieraħ kien hemm żbroff tad-drenaġġ fiż-żona tas-Siren’s f’San Pawl il-Baħar, u għalkemm dan liż-żbroff tneħħa, bħala prekawzjoni u sakemm jiġu kkonfermati r-riżultati tal-kampjuni miġbura, mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona kif indikat:

Malta – fiż-żona tas-Siren’s, San Pawl il-Baħar (Kodiċi tas-Sit C 22).

Aqra aktar

3 persuni jeħlu 3 snin ħabs fuq kuntrabandu ta’ sigaretti

Michael Borg ta’ 43 sena minn Raħal Ġdid, Shannon Cauchi ta’ 29 u Anthony Cremona ta’ 47 sena mill-Ħamrun instabu ħatja ta’ kutrabandu ta’ sigaretti. Il-każ seħħ f’Lulju tal-2013 meta l-pulizija segwew il-vjaġġ ta’ dgħajsa tas-sajd magħrufa bħala ‘Blue Dolphin 1’  li l-kaptan tagħha huwa Borg, li kienet sejra minn Għawdex għal San Pawl il-Baħar.

Aqra aktar

Avventura differenti maż-żgħażagħ Ġawhrin f’San Pawl il-Baħar

B’ tama ta’ suċċess ieħor, wara sensiela ta’ edizzjonijiet fil-passat li kienu lkoll ta’ suċċess, il-Kumitat Żgħażagħ Ġawhrin qiegħed għal darb’ oħra jorganizza it-“Treasure hunt”.

Din is-sena tistgħu tkunu parti minnha intom ilkoll billi tgħaqdu grupp ta 3 jew 4 membri, taħsbu b’ liema vettura ser idduru u tippreparaw ruħkom għall-avventura specjali!

Aqra aktar

Ġlieda f’San Pawl il-Baħar

ONE News jinsab infurmat li seħħet ġlieda ġo ħanut fi Triq Aristarku f’San Pawl il-Baħar.

Dan ġara għall-ħabta tal-11.00am.

Il-Pulizija ssejħu fuq il-post.

Aktar dettalji malli jaslulna.

 

Send this to a friend