san pawl f'malta | One News

Notifiki

San Pawl f’Malta

Il-festa tal-miġja ta’ San Pawl f’Malta.  Ġrajja kbira li poġġiet isem artna fl-aqwa storja.  Min jixtri l-Bibbja,  u hawn b’kull ilsien u bil-miljuni,  illum ikun jixtri t-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid li fih ukoll l-Atti Tal-Appostli.

Fil-Kapitlu 28,  insibu l-aqwa riklam għal min irid iżur pajjiżna.  U nittama li nibqgħu bl-istess timbru fuqna,  li bħala poplu aħna nies ta’ qalb tajba u nilqgħu lill-barrani fil-bżonn.

Din il-ġrajja ġġib wiċċ-imb-wiċċ ma’ aspett ieħor tal-ġrajja ta’ artna.  Konna kolonja tar-Rumani,  li kien jużawna   U bis-saħħa ta’ San Pawl kellna l-ewwel isqof Malti,  San Publiju,  li spiċċa matri.  It-tnejn kellhom missjoni waħda, jwasslu l-messaġġ ta’ Kristu bħala l-aħbar it-tajba…..għax dik tfisser il-kelma Evanġelu.

U ma nistgħux ma ngħidux li kellna bosta li mxew fuq l-istess passi ta’ San Pawl u San Publiju u xandru l-Evanġelu,  l-aħbar it-tajba.  Mhux biss fi gżirtna imma mal-erbat irjieħ tad-dinja.  Il-missjunjarji Maltin dejjem taw sehem kbir,  meta nqisu ċ-ċokon relattiv ta’ pajjiżna.  Nistqarr li ħadt gost għall-ħabta tal-Milied li mort fi  Triq Merkanti biex nixtri presepju li ridt nagħti rigal, u kien mill-Uffiċċju Missjunarju bil-voluntiera.

Meta nara dawn,  ngħid li San Pawl ma ġiex ta’ xejn.

Imma daqstant ieħor niddejjaq meta jew semmiegħa fuq  ir-radju jew qarrejja tal-kitbiet fuq facebook,  jiġuni kummenti kemm jiddejqu n-nies li l-medja suppost tal-Knisja f’Malta,  (ngħidu mnissla minn San Pawl) tinsa dak kollu li hemm  fl-Evanġelu u jinfexxu jxandru l-aħbar…..imma tal-partit nazzjonalista.

Ma naħsibx li San Pawl kien ikun kuntent!  Xi wħud fil-Partit Nazzjonalista jistennewh bħala “patrimonju” tagħhom,  u l-kotra tiddisprezza.
Ejja ma ninħbewx wara d-dritt tal-espressjoni.  Meta l-qassis Baget Bozzi ħareġ mas-soċjalisti għall-elezzjonijiet fl-Italja,  iddardart.  Meta mbagħad inxteħet ma’  Berlusconi aktar.  Kulħadd għandu dritt tal-libertà tal-espressjoni,  imma kulħadd irid iġib rispett l-istatus li jkun għażel fil-ħajja.

Ħadd qatt ma lmenta miegħi fuq xi priedka li tibqa’ fuq il-binarju tal-Evanġelu,  imma hemm min jitmasħan meta jisma’ qassis jagħmel propaganda politika.  U n-nies jafu li meta kien hemm partit nazzjonalista fil-gvern kien idawwar sold sewwa.

San Pawl għadu attwali sal-lum,  u mad-dinja kollha.  Imma qassisin politikanti f’Malta u f’pajjiżi oħra jafu (jew messhom jafu)  li qed jagħżqu fl-ilma,  u għadda żmienhom.  Ma jinfluwenzaw lil ħadd.   Hudu mill-aħħar elezzjoni…..

Il-festa tal-miġja ta’ San Pawl f’Malta ċċelebrata llum

Illum qed tiġi ċċelebrata l-festa tal-miġja ta’ San Pawl Appostlu f’Malta minħabba li fl-10 ta’ Frar pajjiżna se jkollu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-karnival.

Fil-quddiesa kkonċelebrata li għadha kif bdiet issa hemm preżenti l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca flimkien mar-raġel tagħha Edgar Preca, l-Ispeaker tal-kamra Anġlu Farrugia, l-vici Prim Ministru Chris Fearne u l-Kap tal-Oppozizjoni Adrian Delia flimkien ma’ bosta membri parlamentari oħra. Il-quddies tal-festa qed tiġi kkonċelebrata minn Monsinjur Arcisqof ta’ Malta Chalres J. Scicluna.

Il-knisja ta’ San Pawl inbniet fl-1570 fuq disinn ta’ Ġrolmu Cassar; sakemm tlestiet il-knisja, il-Kappillan nominat mill-isqof u mill-kapitlu tal-Kattidral kien jamministra s-sagramenti mill-knisja tal-Karmnu.

Il-knisja reġgħet inbniet bejn l-1639 u l-1679 u l-kappelluni reġgħu saru mill-ġdid fl-1835.

Fis-sena 1733 il-knisja saret kolleġġjata.

 

Send this to a friend