san lawrenz – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Tfal, żgħażagħ u anzjani jingħaqdu biex jarmaw il-Birġu għall-festa

Tfal, żgħażagħ u anzjani ngħaqdu flimkien biex jagħtu daqqa t’id u jarmaw il-Birgu għall-festa. Dan wara li l-Kumitat Festi Esterni ta’ San Lawrenz tal-Birgu appella lill-partitarji biex jigħnu jarmaw. Dan wara li lbieraħ l-Kumitat ħabbar li d-drapp tal-purċissjoni kien se jibqa’ fil-kexxun wara li l-maltemp fuq il-gżejjer Maltin baqa’ jippersisti.

Kien wara t-titjib fit-temp li l-Kumitat ħa d-deċiżjoni li jarmaw għall-festa kif kważi dejjem sar.

Aqra aktar

San Lawrenz f’Għawdex jiċċelebra 125 sena bħala parroċċa

Għada l-ħamis 15 ta’ Marzu 2018 ser jitfakkar l-125 anniversarju f’San Lawrenz f’Għawdex minn meta l-Papa Ljun Xlll waqqaf lil din il-komunità bħala parroċċa awtonoma.

Kien ilu jinħass il-bżonn li din iż-żona li fl-antik kienet magħrufa bħala Ta’ Ċangura titgħolla għad-dinjità ta’ Parroċċa. Għalkemm San Lawrenz ilu 125 sena Paroċċa pero l-eżistenza tal-inħawi tissemma saħansitra f’ dokumenti li jmorru lura qabel l-Assedju ta’ Għawdex tal-1551.

Aqra aktar

Kif ħaddied Għawdxi sab ruħu f’kompetizzjoni internazzjonali tas-Sony…

Ernest Vella se jkun qed jipparteċipa f’kompetizzjoni internazzjonali tas-SONY u kien għalekk li ddeċieda jieħu dokumentarju qasir ta’ ħaddied Għawdxi li n-negozju tal-familja ilu għaddej għal dawn l-aħħar 117-il sena.

“Hawnhekk ili miftuħ xi 117-il sena. Kien fetaħ dan in-negozju nannuwi, wara missieri u issa jien. M’hemm ħadd iktar warajja.”

Dan x’qal Wenzu, ħaddied li n-negozju tal-familja tiegħu f’San Lawrenz f’Għawdex ilu għaddej għal bosta b’kummenti qosra li juru l-imħabba li għandu għal dan ix-xogħol.
Aqra aktar

Send this to a friend