San Ġiljan | One News

Notifiki

Jindarab gravi wara argument f’San Ġiljan

Raġel ta’ 29 sena mill-Eritrea jindarab gravi wara li seħħ argument bejn numru ta’ persuni f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ għal ħabta tal-5:30 a.m. fi Triq san Ġorġ, San Ġiljan.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei  fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li qed ibati minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Jinqabad jisraq minn ħanut tas-sushi f’San Ġiljan

Raġel instab ħati li daħal jisraq minn ħanut tas-Sushi f’San Ġiljan u li kien qed iġorr armi mingħajr liċenzja. Joseph Anthony Cini ta’ 49 sena inqabad fuq filmat minn kameras tas-sigurtà li fid-9 t’April 2012, flimkien ma’ persuna oħra, sgassa l-bieb tal-bejt tal-ħanut u daħal jisraq safe li fih huwa kkalkulat li kien hemm ‘il fuq minn €10,000.

Dan filwaqt li l-armi nstabu fil-pussess ta’ Cini meta saret tfittxija fir-residenza tiegħu.  Alfred Mazzitelli, ħaddiem fil-ħanut kien akkużat b’kompliċità fis-serqa u minkejja li kien ilu jaf lil Cini, kien ċaħad li jaf lill-ħallelin meta rahom fuq il-filmat.

Il-Qorti qalet li l-akkużi kontra Cini kienu ġew ippruvati, filwaqt li dawk fil-konfront ta’ Mazzittelli, le. Għaldaqstant, Mazzitelli inħeles mill-akkużi miġjuba kontrieh filwaqt li Cini kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Huwa tpoġġa wkoll taħt ordni ta’ superviżjoni għal sentejn, u kellu l-armi konfiskati.

Ħabta bejn erba’ karozzi f’San Ġiljan toħloq traffiku fl-inħawi- sewwieqa mħeġġa jevitaw iż-żona

Ħabta bejn erba’ karozzi f’San Ġiljan ikkawżat traffiku kbir fl-inħawi. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-14:45 tal-Erbgħa waranofsinhar ftit ‘il barra mill-mini ta’ San Ġiljan, direzzjoni lejn Paceville.

Sewwieqa huma mħeġġa jużaw rotot alternattivi biex jevitaw it-traffiku li nġema’ fl-inħawi kawża ta’ dan l-inċident.

Jinqabdu jisirqu minn ħanut tal-ħwejjeġ f’San Ġiljan

Żewġ Rumeni li tressqu l-Qorti f’pajjiżna tul il-jum tal-Ħamis instabu ħatja ta’ serq minn ħanut tal-ħwejjeġ f’kumpless kummerċjali fl-inħawi ta’ San Ġiljan. Dan il-każ imur lura għall-21 ta’ Diċembru li għadda.

Mircea-Remus Rostas ta’ 44 sena u George-Bodan Crisiean ta’ 29 sena, it-tnejn residenti San Ġiljan, Tal-ewwel kien akkużati ukoll li fil-Milied inqabad bid-droga kannabis. Huwa nstab ħati kemm ta’ serq, kif ukoll ta’ pussess tad-droga.

Il-Maġistrat Gabriella Vella qieset li ż-żewġ akkużati kkoperaw bi sħiħ mal-Pulizija fil-ħin tal-arrest, u kienu lesti jirritornaw l-oġġetti li kienu serqu.

Huma ngħataw sentenza ta’ sentejn ħabs kull wieħed sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ €1,262 bejniethom, li trid titħallas fi żmien sitt xhur.

Send this to a friend