samsung – One News

Notifiki

Il-werriet ta’ Samsung mibgħut il-ħabs fuq korruzzjoni

Qorti fil-Korea t’Isfel ikkundannat lill-werriet preżenti ta’ Samsung – il-biljunarju Lee Jae-Yong għal ħames snin priġunerija wara li nstab ħati fuq tixħim.

Magħruf ukoll bħala Jay Y Lee, il-mexxej tal-akbar produttur ta’ smartphones fid-dinja, ilu miżmum taħt arrest minn Frar li għadda fuq lista ta’ akkużi ta’ korruzzjoni. Ewlenin fost dawn kienu tixħim, serq u ħabi ta’ kontijiet barra mill-pajjiż.

Aqra aktar

Samsung, metalli, u telf ta’ €16-il biljun

Il-kumpanija Samsung se tirriċikla 157 tunellata ta’ metal rari, inkluż deheb, mill-Galaxy Note 7. Din kienet serje ta’ mobiles li kellhom jintalbu lura lill-konsumaturi minħabba ħsarat li kienu qed iwassluhom biex jieħdu n-nar.

Din swiet lill-kumpanija €16-il biljun, iżda l-attenzjoni daret ukoll fuq l-impatt ambjentali. Issa Samsung wiegħdu li jużaw kemm jifilħu partijiet mill-mobiles li kienu rritornati. Minbarra ċipep u displays ta’ mobiles li kien għad ma kellhomx ħsara, se jkunu riċiklati metalli bħal kobalt, ram, deheb u fidda.

Isiru jafu għalfejn is-Samsung Note 7 bdew jieħdu n-nar

Samsung għadhom kif ħabbru li r-raġuni wara l-problema li kellu l-Galaxy Note 7, li beda jieħu n-nar mix-xejn, kienet minħabba difett fil-batterija.

Il-kumpanija Samsung sostniet li l-problema mhix fis-software u lanqas fil-hardware, iżda fil-batteriji biss.

L-istess kumpanija qalet li se tkun qed tieħu kull responsabbiltà għal din il-problema u se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex din il-problema ma terġax tirrepeti ruħha.

Kollox jindika li f’pajjiżna m’hawnx Samsung Note 7

 

L-Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qiegħda twettaq investigazzjoni nazzjonali wara rapporti li l-mobiles Samsung Note 7 qiegħdin jieħdu n-nar. Minn informazzjoni provduta mingħand rappreżentant tad-ditta hawn Malta, jirriżulta  li l-prodott ġie msejjaħ lura u waqaf għal kollox il-bejgħ ta’ dan il-mobile qabel laħaq wasal Malta. Jirriżulta wkoll li l-prodotti mibjugħa mis-sit elettroniku ta’ Samsung ma ġewx distribwiti lejn Malta.

Aqra aktar

Samsung lis-sidien tal-Galaxy Note 7: “itfuhom!”

Il-kumpanija Samsung ħeġġet lis-sidien tal-Galaxy Note 7 biex jitfu dawn l-ismartphones, sakemm investigaturi jaraw rapporti ġodda ta’ dawn il-mobiles jieħdu n-nar.

Id-ditta mill-Korea ta’ Isfel qalet li se twaqqaf il-bejgħ ta’ dan il-mobile għal kollox. Samsung irċievew aktar minn żewġ miljun telefonata f’Settembru, wara lmenti ta’ batteriji li kienu qiegħdin jisplodu. Aktar tard il-kumpanija żgurat li l-mobiles kollha kienu qiegħdin jinbidlu. Madanakollu issa hemm rapporti li l-mobiles mibudla ukoll qiegħdin jieħdu n-nar.

L-ewwel jisplodu l-mobiles, issa l-magni tal-ħasil!

AĠĠORNATA: Ninsabu informati li dawn il-każijiet b’ebda mod ma laqtu konsumaturi Maltin u li l-prodotti fis-suq Malti huwa siguri. 

Wara l-mobiles, issa l-magni tal-ħasil. Id-ditta Samsung tinsab f’diskussjonijiet ma’ dawk li jħarsu d-drittijiet tal-konsumaturi fl-Istati Uniti, wara li nfetħet kawża dwar magni tal-ħasil li splodew.

Dan wara li mobiles tal-mudell Note 7 kienu qed jisplodulhom il-batteriji.

Issa l-Kummissjoni għas-Sigurtà tal-Prodotti tal-Konsumaturi qed twissi bi problemi f’magni tal-ħasil tad-ditta Samsung. Il-kumpanija qed tavża lill-konsumaturi b’mudelli li jistgħu jkunu affetwati biex jużaw l-aktar ċiklu bl-inqas veloċità possibbli meta jaħslu l-ħwejjeġ.

Aqra aktar

Send this to a friend