salvati – One News

Notifiki

15,000 ruħ qed jistennew li jiġu salvati miċ-ċiklun Idai fl-Afrika

Kważi 15,000 ruħ għad iridu jiġu evakwati mill-ħerba li kkawża ċ-ċiklun Idai f’Mozambique, fl-Afrika t’isfel. Il-vittmi qed jissieltu għal ħajjithom wara l-għargħar li laqat l-inħawi u kkawża ħsarat estensivi. Uffiċjali tas-sigurtà li qed jagħtu l-għajnuna meħtieġa fl-inħawi qed iwissu li għad fadal biżżejjed ilma nadif biex iservi għal tlett ijiem.

Aqra aktar

It-393 immigrant li ġew salvati lbieraħ jintbagħtu lura l-Libja

It-393 immigrant li lbieraħ ġew salvati mill-Gwardja tal-Kosta Libjana ntbagħtu lura l-Libja t-Tnejn. Il-midja Taljana rrapportat li 143 minn dawn l-immigranti rritorna Tripli, 144 marru lura Misurata, u 106 intbagħtu al-Khoms.

Il-Viċi Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio qal li l-Italja sejħet għall-Gwardja tal-Kosta Libjana biex dawn l-immigranti jkunu salvati minn fuq il-baħar.

Fuq Twitter, il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini qal li grazzi għall-kollaborazzjoni, kuntrabandisti, traffikanti, u l-mafja għandhom jifmhu li n-negozju tagħhom intemm, u li l-portijiet Taljani għadhom magħluqa.

Salvati wara li qattgħu ħames xhur mitlufa fil-baħar

Żewġ baħrin Amerikani u ż-żewġt iklieb tagħhom ġew salvati mill-Flotta Navali tal-Istati Uniti wara li qattgħu kważi ħames xhur mitlufa fl-Oċean Paċifiku.

Jennifer Appel u Tasha Fuiaba telqu b’dgħajsa żgħira minn Hawaii fuq vjaġġ lejn Tahiti f’Mejju. Ġara li l-magna sofriet ħsarat minħaba t-temp ħażin u waqfet.Aqra aktar

Send this to a friend