salvatagg – One News

Notifiki

Salvat grupp ta’ 97 immigrant

97 immigrant iddaħlu Malta mill-Forzi Armati wara li kienu salvati hekk kif kellhom bżonn l-assistenza waqt li kienu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija. Huma ddaħħlu fis-06:40 tat-Tlieta filgħodu f’Xatt it-Tiben abbord id-dgħajsa tal-istess Forzi Armati ta’ Malta l-P61.

Intqal li fil-grupp hemm mara u żewġt itfal. L-immigranti għaddew għand il-Pulizija u ttieħdu fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa permezz ta’ diversi xarabanks. Hemmhekk saret tfittxija fuq kull persuma u ttieħdu ritratti u l-marki tas-swaba ta’ kull immigrant, filwaqt li l-pulizija ġabret it-tagħrif dwarhom permezz ta’ intervisti.

AĠĠORNAT: L-Armata b’aktar salvataġġ

Tul il-lejl li għadda l-Armata Maltija salvat 120 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà fir-Reġjun Malti għat-Tfittxija u Salvataġġ. L-immigranti bħalissa huma fuq bastiment tas-salvataġġ tal-Forzi Armati u mistennija jasslu Malta aktar tard dalgħodu.

Il-Forzi Armati ta’ Malta kompliet tagħmel aktar salvataġġ fl-ibħra, fejn għall-ħabta tal-ħdax iddaħħlu f’Malta 147 immigrant.

Għall-ħabta ta’ nofsinhar l-armata salvat dgħajsa oħra b’99. Huma ukoll ingħataw l-ewwel għajnuna u iddaħħlu malta fit-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar.

 

L-Armata ssalva 75 immigrant

Grupp ta’ 75 immigrant ġew slavati mill-Forzi Armati ta’ Malta u l-Gwardja tal-Kosta Taljana wara sensiela ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ biex jgħinu lill-Gwardja tal-Kosta Libjana.

Il-75 immigrant issalvaw permezz tal-P22, u ddaħlu Malta aktar kmieni dalgħodu. F’sensiela oħra ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ, il-Gwardja tal-Kosta Taljana wasslet numru ta’ immigranti Lampenduża.

ĦIDMA TA’ SALVATAĠĠ Fl-AĦRAX – RAĠEL WAQA’ ‘FIT-TOQBA’

Raġel Malti li għandu madwar għoxrin sena sab ruħu f’diffikultà wara li qabeż f’zona fl-Aħrax tal-Mellieħa, magħrufa bħala ‘it-toqba’. Il-Forzi Armati ta’ Malta, u tar-Red Cross offrew l-għajnuna immedjata.
Medical First Responsers mir-Red Cross, membri mit-taqsima CPD tal-Pulizija u ħaddiema mill-Isptar Mater Dei assistew mill-art.
Ir-raġel ittieħed l-isptar permezz ta’ helikopter. Kollox jindika li sofra ġrieħi ħfief.
Fil-ħin li ndarab ir-raġel, membri tar-Red Cross Water Rescue Unit kienu qed jagħmlu ronda fil-baħar. 

L-AFM b’operazzjoni ta’ salvataġġ fiż-Żurrieq

Ftit tas-sigħat ilu, l-Forzi Armati ta’ Malta salvaw raġel wara li kien irrapportat li kien jinsab f’diffikultà fil-baħar taż-Żurrieq.

Ħelikopter Alouette III, intuża fl-operazzjoni ta’ salvataġġ wara li l-AFM irċivew telefonata minn persuna li qalet li r-raġel kien jinsab fil-periklu.

Aqra aktar

Send this to a friend