sajjetti | One News

Notifiki

Iwissu lill-għawwiema minħabba l-maltemp

Fi twissija li ħarġu s-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar qed jesiġu lill-pubbliku biex ma jgħumx  f’żoni li hemm il-bandiera ħamra doppja mtella’. Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar qed twissi li jista’ jkun hemm sajjetti li jmissu mal-baħar u li huma perikolużi.

Importanti li l-pubbliku jobdi dawn l-istruzzjonijiet biex jiġu evitati inċidenti bla bżonn. Dan l-avviż huwa wkoll estiż għal dawk in-nies li qed jgħumu f’żoni fejn ma hemmx ħaddiema tas-salvatagg.

Aktar maltemp u xita !

Xita, sajjetti, ragħad u beraq – matul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa kellna temp Xitwi. It-temp dalgħodu kien ukoll imsaħħab u b’ħalbiet tax-xita filwaqt li t-temperatura niżlet għal 23°C. Il-maltemp se jkompli jippersisti – Huwa mbassar li matul il-ġurnata tas-Sibt se jkollna temp bix-xita filwaqt li l-maltemp huwa mbassar ukoll għat-Tnejn u t-Tlieta. Wieħed jista’ jinnota li t-temperatura se tibqa’ relativament baxxa.
Aqra aktar

Lest biex titgeddes?

Ilbieraħ filgħaxija s-sajjetti, r-ragħad u l-beraq kisru l-ħemda tal-lejl. Kienu bosta dawk li bdew jpoġġu ritratti fuq is-sit soċjali ta’ facebook u filmati tal-maltemp, u li bdew ibassru li matul il-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn se tagħmel dik li nirreferu għaliha bħala l-maltempata ta’ Settembru.
Aqra aktar

Aktar sajjetti

Madwar 90 persuna tilfu ħajjithom f’ erba’ stati tal-Indja hekk kif Monsoon laqat il-pajjiż u ikkawża ħsara estensiva.

Is-segretarju prinċipali tal-Bihar, Vyas Ji, spjega kif is-sajjetti huma komuni matul Monsoon, iżda saħaq li matul din is-sena raw żieda sostanzjali.

Aqra aktar

Send this to a friend