sajf 2018 | One News

Notifiki

Sifirna aktar dan is-sajf!

Statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wriet li matul dan is-sajf, il-Maltin siefru aktar. Dan meta mqabbel mal-perjodu ta’ bejn Lulju u Settembru tas-sena l-oħra.

Kienu kważi 200,000 dawk li ħallew il-gżejjer Maltin matul it-tielet kwart tas-sena. Żieda ta’ 16.2% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2017.Aqra aktar

Stennew sajf iktar qawwi mis-sajf 2017

Jidher li ġej sajf sħun ieħor għal din is-sena 2018. Jekk tiftakru s-sena l-oħra esperjenzajna  l-heatwave Luċifru li kien imlaqqam hekk minħabba li kien ferm qawwi iżjed mis-soltu u affettwa lill-pajjiżi madwar in-nofsinhar tal-Ewropa, inkluż Malta.

Aqra aktar

Attenti: Tuzax dawn għat-trabi tiegħek fil-baħar

Id-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq(MCCAA), irtira mis-suq numru ta’ floats għall-għawm intenzjonati għat-trabi.

Dawn instabu li huma ta’ riskju serju għax it-tarbija tista’ tegħreq minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

  • Il-qiegħ ċatt ta’ dawn il-floats jimplika instabbiltà u b’hekk għandhom ċans akbar li jinqelbu.
  • Minħabba li l-proporzjon tal-area hu ikbar meta mqabbel mal-volum, jiżdied iċ-ċans li l-float bit-tarbija jinġarr mal-kurrent.

Aqra aktar

Send this to a friend