saħħa | One News - Part 7

Notifiki

Kura għad-dimensja? Jista’ jkun!

Xjentisti jaħsbu li aktarx sabu mediċina li twaqqaf mard tal-moħħ imsejjaħ neurodegenerative, ċioe li jmewwet partijiet tal-moħħ ftit ftit. Dan jinkludi mard bħal dimensja. Fl-2013, grupp mediku Ingliżi kien irnexxilu jwaqqaf ċelloli tal-moħħ tal-annimali milli jmutu. Iżda l-mediċina li kienu skoprew dak iż-żmien ma kinitx tajba għall-umani, għax tikkawża ħsara fl-organi. Din id-drab nħolqu żewġ tipi ta’ mediċina li għandhom l-istess effett pożittiv fuq il-moħħ imma huma tajbin għall-kosum uman. Il-Professoressa Giovanna Mallucci mit-Toxicology Unit ta’ Leicester, fejn saret l-iskoperta, qalet li dan huwa pass eċitanti ħafna. Issa tixtieq tibda provi fuq in-nies, u fi żmien sentejn jew tlieta se jkun magħruf jekk din id-droga hija tajba daqs kemm hu maħsub.

FILMAT: Sorpriża mill-isbaħ għall-infermiera li salvat mijiet ta’ trabi

Sorpriża mill-isbaħ kienet dik għall-infermiera Renee li taħdem fl-isptar ta’ WellStar Kenenstone f’Ġeorġja. Din l-infermiera hija maħbuba mill-bosta hekk kif matul is-snin ħadet ħsieb u salvat eluf ta’ trabi li twieldu qabel iż-żmien.

Dan il-filmat mill-isbaħ juri kemm ix-xogħol tagħha ġie apprezzat mill-ġenituri u t-tfal. Numru ta’ tfal li din l-infermiera rnexxielha ssalva bid-dedikazzjoni u l-ħidma tagħha żaru lil Renee.

Ma setgħetx temmen kemm kibru u hija bdiet tibki bl-emozzjoni u l-ferħ. Dan il-filmat juri l-importanza tal-ħaddiema fl-isptar, fost oħrajn, li ta’ kuljum jaħdmu biex dawk l-iktar għeżież għalina jingħataw l-aqwa kura.

Aqra aktar

Mit-tkabbir ekonomiku jgawdu l-iktar vulnerabbli – garanzija ta’ dan il-Gvern

Gvern Laburista żied in-nefqa kapitali fil-qasam tas-saħħa kif ukoll dik rikorrenti. Dan għax konxju li mit-tkabbir ekonomiku jridu jgawdu dawk l-iktar vulnerabbli u li jkollhom bżonn il-wens tal-Gvern.

Dan innotaħ il-Membru Parlamentari Franco Mercieca, li osserva li ċ-ċittadini qed igawdu minn servizzi ta’ saħħa aktar sostenibbli, b’servizz aktar effiċjenti. Dan sar bi tnaqqis fil-listi ta’ stennija, fosthom fis-servizzi tal-MRI, operazzjonijiet tal-kattaretti u hip replacament, fost oħrajn.

Aqra aktar

Minn Londra għal Mater Dei

  • INTERVENT RARI BEDA JSIR F’PAJJIŻNA
  • FIL-PRONT U B’INQAS SKARIĠĠ GĦAX SAR L-INVESTIMENT

Investiment li sar fl-aħħar xhur fl-Isptar Mater Dei u l-ħiliet mill-aqwa tal-konsulenti f’dan l-isptar waslu biex mara mill-Fgura ngħatat il-ħajja mill-ġdid.

Fi Frar li għadda, Josephine Camilleri, flimkien ma’ żewġha, marru l-Emerġenza ta’ Mater Dei minħabba li Josephine kellha uġigħ kbir f’rasha. “Ma stajtx nissaporti, qatt ma ħassejt dak l-uġigħ qabel. Uġigħ agħar minn tal-ħlas, bdejt inwerżaq bl-uġigħ,” qalet il-mara li l-mod kif tkellmet dwar dak li għaddiet minnu wera li ma kienx faċli.

Aqra aktar

Tonio Borg jgħid li s-saħħa ma tistax tibqa’ b’xejn

  • SIMON BUSUTTIL JAĦTRU BIEX JAGĦTIH IL-PARIRI
  • IL-POLITIKA TAL-GVERN PREŻENTI TOTALMENT DIFFERENTI

Tonio Borg, eks Kummissarju Ewropew li l-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ daħlu fil-qalba tal-Partit Nazzjonalista, għamel dikjarazzjoni ċara li jrid jasal iż-żmien li f’Malta s-servizzi tas-saħħa jsiru bi ħlas.

Din id-dikjarazzjoni Tonio Borg għamilha mal-ġurnal ewropew The Politico li rrapporta b’mod estensiv dwar il-qasam tas-saħħa f’pajjiżna u l-isfida tal-obeżità.

Il-Politico jgħid li ż-żewġ partiti politiċi f’Malta qagħdu lura milli jdaħħlu ħlas għas-saħħa għax il-prezz politiku jista’ jkun kbir. Dan, jgħid Tonio Borg, jaf irid jinbidel.

“Kollox b’xejn f’Malta,” kien ikkwotat jgħid Tonio Borg li żied kif dan ma jistax jibqa’ hekk.

“Jasal iż-żmien meta xi ħadd irid idaħħal tariffi (għal servizzi tas-saħħa) f’Malta,” qal l-eks Kummissarju Tonio Borg li Busuttil qed jużah bħala wieħed mill-konsulenti ewlenin tiegħu mhux biss fuq is-saħħa iżda wkoll fuq suġġetti oħra fosthom il-finanzjament tal-partiti.

Aqra aktar

Jintemmu l-azzjonijiet industrijali fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid

Intemmu l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-General Workers’ Union, u li kienu fis-seħħ fl-aħħar jiem fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid.
 
L-azzjonijiet industrijali ġew fi tmiemhom wara laqgħa li saret bejn is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU Jeremy Camilleri u l-Ministru Chris Fearne u li fiha sar ftehim għall-benefiċċju kemm tal-ħaddiema kif ukoll tal-pazjenti. Il-ftehim sar dwar kwistjoni pendenti relatata mal-ħaddiema ġewwa r-Reception taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u wara introduzzjoni ta’ dmirijiet ġodda, liema dmirijiet għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-klijenti li jagħmlu użu mill-istess Ċentru tas-Saħħa.

Sadnittant, it-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tiringrazzja lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, għall-intervent tiegħu u talli laqa’ t-talba li kienet ilha fuq il-mejda għal snin sħaħ.

Il-PN b’gidba dwar STATWA

  • Mhux minnu li se titneħħa l-istatwa tad-Duluri fl-Emerġenza 

Wara li l-media tal-Partit Nazzjonalista ppubblikat storja li se titneħħa l-istatwa tad-Duluri li hemm fl-Emerġenza tal-isptar Mater Dei, il-Ministeru għas-saħħa wieġeb fi stqarrija li din l-istatwa “hemm kienet u hemm se tibqa’.”

Aqra aktar

Pazjenti u ħaddiema Għawdxin xorta se jkollhom id-dritt tal-Ombudsman

Wara rapporti li l-ħaddiema u pazjenti Għawdxin ma jistax jibqa’ jkollhom id-dritt tal-Ombudsman minħabba s-sehem ta’ settur privat fit-tmexxija tal-isptar, il-Ministeru għas-saħħa qal li m’hemmx bżonn li jkun hemm tibdil fil-liġi tal-Ombudsman biex ħaddiema u pazjenti Għawdxin jibqa’ jkollhom id-dritt li jagħmlu ilment quddiem l-Ombudsman.

Aqra aktar

ŻEWĠ EMBRIJUNI FFRIŻATI F’MATER DEI

  • ŻIEDA FL-IRĠIEL LI JAĦŻNU L-ISPERMA

F’Mater Dei hemm żewġ embrijuni ffriżati. Dan jirriżulta mir-rapport annwali tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun ippubblikat fl-aħħar jiem.

F’Malta il-permess tal-iffriżar tal-embrijuni jirriżulta mil-liġi li taċċetta li jsir dan biss f’każi eċċezzjonali li ma jkunux previsti fil-mument tal-fertilizzazzjoni.

Jirriżulta li sa issa kien hemm talba waħda fejn l-esperti mediċi ħassew li l-proċess ma setax jibqa’ għaddej minħabba marda li ħakmet lill-omm. F’każ bħal dan ikun mistenni li l-proċess jissokta jekk kemm-il darba l-konsulenti mediċi jgħidu li l-omm tkun tiflaħ għat-tqala.

Aqra aktar

Send this to a friend