saħħa – Page 6 – One News

Notifiki

Jidħlu l-ewwel pazjenti fl-Istroke Rehabilitation Ward

Pazjenti li jkunu qegħdin jirkupraw saħħithom lura wara li jkunu sofrew stroke issa jistgħu jagħmlu dan f’unit ġdida fl-Isptar Karin Grech – b’kollaborazzjoni bejn l-Isptar Mater Dei u VGH.

B’investiment ta’ €270,000  il-ward tal-istroke rehabilitation f’Karin Grech ġiet iddisinjata sabiex il-pazjenti jerġgħu jieħdu lura saħħithom u jiksbu l-indipendenza tagħhom.Aqra aktar

Il-midja soċjali kapaċi tikxef problemi fis-saħħa mentali

Ritratt kapaċi jgħid ħafna iktar minn elf kelma tant li żewġ riċerkaturi għamlu użu mill-midja soċjali biex jiddeterminaw min ibati mill-kundizzjoni tad-dipressjoni.

Ir-riċerkaturi Chris Danforth mill-Universita’ ta’ Vermont u Andrew Reese mill-Università ta’ Harvard, sabu konnessjoni bejn ir-ritratti li tefgħu 166 student fuq Instagram u l-problemi fis-saħħa mentali permezz ta’ għodda li tanalizza posts u tidentifika min kellu xi problemi fis-saħħa mentali permezz ta’ riċerka li kienet saret qabel.

Aqra aktar

Id-Diviżjoni tas-saħħa bi twissija dwar temperaturi għoljin

Id-Diviżjoni tas-Saħħa avżat lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu fix-xhur tas-sajf. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf tal-ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta (dehydration). Is-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi, tfal żgħar, u persuni li qed ibatu minn xi kundizzjoni kronika jew li huma attivi ħafna.
Aqra aktar

Lejn it-tlestija tal-ewwel Stroke Ward f’pajjiżna

Is-sħubija ta’ Vitals Global Healthcare f’pajjiżna ma’ Partners Healthcare International u Spaulding Rehabilitation Hospital qed twassal biex f’pajjiżna jinfetħu strutturi ġodda. Fosthom l-Istroke Rehabilitation Ward, li qed isir ix-xogħol fiha bħalissa fl-Isptar Karen Grech.
Aqra aktar

BIEGĦU SAĦĦITNA GĦAL €20 MILJUN | Agħfas hawn għal dokumenti esklussivi

Gvern Nazzjonalista biddel il-liġijiet ambjentali ta’ Malta,  biex il-Kumpanija BWSC tkun tista’ tiffranka €20 miljun billi tibni power station tħammeġ aktar, fabbrika tal-kanċer, bl-istandards tal-Afrika, f’Marsaxlokk.

Dan il-każ imur lura għall-aħħar amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista iżda llum qed nippubblikaw dokumenti li qed jaraw id-dawl għall-ewwel darba u li juru kif direttament wara din id-deċiżjoni kien hemm kandidat ta’ Simon Busuttil fuq l-għaxar distrett.

Fil-fatt, dwar din l-għażla li saret ftit tas-snin ilu l-gazzetta KullĦadd żvelat li kien l-eks Ministru u deputat parlamentari tal-Partit Nazzjonalista George Pullicino li ddeċieda li l-liġijiet tat-tniġġis tal-arja f’Malta jinbidlu minn lejl għan-nhar sabiex il-BWSC tkun tista’ tirbaħ il-kuntratt tal-power station tal-heavy fuel oil f’Delimara.Aqra aktar

Fl-IVF ma nistgħux mmorru lura

Il-ġinekologu Marc Sant għamel twissija ċara.

Fil-kwistjoni tal-IVF, li qed tagħti tama lill-għexieren ta’ koppji jsiru ġenituri, ma nistgħux inreġġgħu l-arloġġ lura.  

Hu qal dan meta kien qed jieħu sehem fil-programm Pjazza fi Pjazza li ddiskuta s-settur tas-saħħa.

Aqra aktar

IMPENN: SAĦĦA B’XEJN U TAL-OGĦLA LIVELL

Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Ministru responsabbli mis-Saħħa Chris Fearne spjegaw l-impenn tal-Partit Laburista fis-settur tas-saħħa, jekk jerġa’ jingħata l-fiduċja tal-poplu nhar it-tlieta ta’ Ġunju. 

IS-SERVIZZ TAS-SAĦĦA JIBQA’ B’XEJN U TA’ KWALITÀ

Waħda mill-prinċipji bażiċi tal-PL hija din. Il-PL huwa l-unika garanzija li s-saħħa tibqa’ b’xejn. Se tibqa titwettaq politika li tiggarantixxi l-aqwa servizz tas-saħħa b’xejn għall-Maltin u l-Għawdxin kollha

INĊENTIVI GĦAL DAWK BI SKEMA TA’ ASSIGURAZZJONI FUQ IS-SAĦĦA PRIVATA

Jingħata tax rebate, refund jew credit lil min iħallas private hospital health insurance policy

Din il-miżura tnaqqas il-piż minn fuq l-isptar ċentrali u l-qasam tas-saħħa jitjieb aktar

Aqra aktar

95% INQAS JISTENNEW OPERAZZJONI

Il-lista ta’ stennija fost pazjenti li kienu ilhom jistennew operazzjoni għal aktar minn sena u nofs naqset b’ 95%. Fadal biss 1,000 pazjent fost dawk li ilhom jistennew aktar minn sena u nofs għal operazzjoni. Ħabbar dan il-Ministru Chris Fearne meta żar id-dipartiment li fih isiru l-operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei.

Aqra aktar

Send this to a friend