saħħa – Page 5 – One News

Notifiki

Taħriġ fis-saħħa dwar servizzi lill-persuni trans

Professjonisti l-qasam tas-saħħa se jkunu qegħdin jingħataw taħriġ biex ikunu mħejjija għall-bidliet li qed isiru s-settur bil-għan li jingħataw servizzi ġodda l-qasam tas- saħħa lill-persuni transgender.

Dan hu settur relattivament ġdid għall-pajjiżna u għalhekk il-professjonisti lokali jistgħu ma jkunux imħejjija daqstant għal każi ġodda li jistgħu jsibu quddiemhom. Il-Ministru għas- Saħħa, Chris Fearne, sser kif fost l-oħrajn se ssir kollaborazzjoni ma’ pajjiżi bħall-Iżlanda li għandhom storja twila f’dawk li għandhom x’jaqsmu servizzi transgender.

Id-Deputat Prim Ministru qal li twaqqaf tim multidixxiplinarju biex jistabbilixxi l-bżonnijiet speċifċi li jkollhom bżonn persuni trans.

Danil-grupp se jkun magħmul minn professjonisti mediċi f’oqsma differenti fosthom urologu, speech therapist u psikologa.

“Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin nippubblikaw il-Pjan Nazzjonali għall-kundizzjoniji- et relatati mal-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess. Dan se jkun pjan ħolistiku li se jkun qiegħed jgħin u joffri servizzi lil persuni trans tul ħajjithom,” qal id-Deputat Prim Ministru.

Dan kollu se jsegwi l-pubblikazzjoni tal-avviż legali li kien ippubblikat din il-ġimgħa li kien meqjus bħala l-ewwel pass għal aktar servizzi għall-persuni transgender f’pajjiżna. L-avviż legali wassal biex kienu inklużi l-kundizzjonijiet relatati mal-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess fuq l-iskema ħamsa, kartuna safra. Dan se jkun qed jagħti lok biex l-futur qrib persuni transgender ikunu jistgħu jaċċessaw terapiji ormonali b’xejn minn fuq il-formularju tal-Gvern.

Fil-fatt il-Ministeru għas- Saħħa diġà beda bil-pjanijiet ukoll biex jidħlu fuq il-formularju tal-Gvern terapiji ormonali għall-persuni trans.

Garanzija dwar saħħa b’xejn u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar kif il-viżjoni tal-gvern fis-settur tas-saħħa hi li l-pajjiż ikollu infrastruttura world class. Dan b’investiment, bl-involviment tal-privat li se jkun jista’ jsir ferm qabel kieku l-gvern għamel l-investiment waħdu.

“L-ammont ta’ investiment li se jsir f’sentejn- tlieta, kieku ngħamluh aħna rridu ħmistax jew għoxrin sena minħabba r-regoli tal-Unjoni Ewropea,” qal il-Prim Ministru li fisser kif min ikollu bżonn is-servizz jippretendi bidliet f’iqsar żmien. “Min hu marid illum għalxejn tgħidlu għaxar snin oħra se jkollna din il-faċilità. Qed naqtgħu għal kollox iż-żmien biex ikollna infrastruttura world class,” qal il-Prim Ministru li rrefera għal ftuħ mill-ġdid ta’ St Lukes, l-investiment fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex u tisbiħ f’Karin Grech.

Aqra aktar

Esperti mħassba bil-problemi fis-snien tat-tfal Maltin

Studju ta’ esperti li kien ippubblikat fi Xjenza Online, il-ġurnal tal-Kamra tax-Xjentisti Maltin, wera tħassib bil-livell ta’ problemi fis-snien tat-tfal Maltin. L-istudju analizza iktar minn 2,500 tifel u tifla ta’ etajiet li jvarjaw bejn it-tliet snin u l-15–il sena u kkonkluda li l-problema ta’ dik magħrufa bħala erosive tooth wear hija xi ħaġa li dehret b’mod għoli fost it-tfal li jattendu l-iskejjel. Dan it-terminu jirreferi għall-“attakk” fuq is-sinna ħafna drabi kkawżat minn aċti li jiġu minn ħlewwiet u xarbiet ħżiena għas-saħħa u mimlija zokkor li eventwalment iwassal għal uġigħ u biex is-snien jitħassru.

L-awturi tal-istudju huma sitta u ġejjin mill-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Mater Dei b’dak li għamlu huma huwa l-ewwel stħarriġ tat-tip tiegħu f’pajjiżna. Għalkemm f’pajjiżi oħra studji simili saru diversi drabi tant li ssir referenza għalihom ukoll. Fuq kollox fl-etajiet diversi magħquda f’daqqa nstab li l-preżenza ta’ snien mhux f’saħħa tajba nstabet f’71% tat-tfal Maltin.

Aqra aktar

Malta mal-ewwel għaxra fis-servizzi tas-saħħa

Skont klassifika ppubblikata fil-ġurnal influwenti mediku The Lancet, Malta tinsab fit-8 post minn 188 pajjiż f’dik li għandha x’taqsam il-mira fil-qasam tas-saħħa tal-Ġnus Magħquda.
F’analiżi simili ppubblikata s-sena li għaddiet Malta kienet fl-14-il post. Dan ifisser li matul din is-sena f’Malta ġie mkejjel titjib konsiderevoli li wassal biex nitilgħu sitt postijiet ’il fuq fil-klassifika – meta diġà konna tajjeb ħafna.Aqra aktar

Pinna tidentifika ċelloli tal-kanċer f’għaxar sekondi

Apparat ġdid li jista’ jinżamm fl-idejn jista’ jidentifika t-tessut tal-kanċer f’għaxar sekondi, skond xjenzati fl-Università ta’ Texas.

Huma sostnew li teknoloġija bħal din tista’ tagħmel l-kirurġija biex tneħħi t-tumuri ħafna aktar effiċjenti u preċiża, biex b’hekk jiġi evitat iċ-ċans li t-tumur ma jitneħħhiex kollu.

Aqra aktar

Jekk xtrajt din it-tip ta’ żerriegħa, ħu ħsieb!

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, qed jappella lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva, il-prodott Żerriegħa tal-ward tax-xemx inkaljati u bil-melħ miżjud tad-ditta Miras m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ Aflatossina.

Deskrizzjoni tal-Prodott:           Żerriegħa tal-ward tax-xemx inkaljati u bil-melħ miżjud
Ditta: Miras
Użin: 250g
Data tad-Durabbilità: 25/03/2019

Aqra aktar

Persuni ta’ età medja mħeġġa jimxu aktar mgħaġġel

Persuni li huma ta’ età medja qed jiġu mħeġġa biex jimxu aktar mgħaġġel biex jibqgħu b’saħħithom, dan wara t-tħassib li kien hemm dwar kif meta wieħed ikun inattiv, jgħolew ir-riskji fis-saħħa.

L-awtoritajiet mis-settur tas-Saħħa fl-Ingilterra qal li l-ammont ta’ persuni li huma attivi beda jonqos mill-età ta’ 40 sena.

Huma qed isostnu li dawk li huma fl-età ta’ bejn l-40 u s-60 sena għandhom jimxu b’mod aktar mgħaġġel.

Anke jekk 10 minuti kuljum jista’ jħalli impatt pożittiv fuq ħajtek, fejn jonqos ir-riskju li titlef ħajtek kmieni b’15%.

Send this to a friend