saħħa – Page 4 – One News

Notifiki

Qalbek ixjeħ minnek? Iċċekkja…

Kont taf li qalbek tista’ tkun ‘ikbar’ minnek? U mhux b’mod tajjeb.

Studju li sar fl-Ingilterra juri li skont il-mod kif wieħed jgħix ħajtu jiddetermina l-‘età’ ta’ qalbu. L-istudju sar bħala parti minn inizjattiva biex ikun hawn iktar għarfien dwar kif wieħed jgħix ħajja attiva u b’saħħitha.

Erba’ minn kull ħames adulti huma f’riskju ta’ mard tal-qalb, u mewt qabel iż-żmien, għaliex l-istil ta’ ħajja tagħhom xejjaħ lil qalbhom qabel iż-żmien.Aqra aktar

Kampanja f’Mater Dei dwar it-tilqim kontra l-ħosba

Tnediet kampanja fost il-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei biex jitlaqqmu għall-MMR.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li din l-inizjattiva ttieħdet hekk kif fl-Ewropa, partikolarment fil-pajjiżi tal-Lvant, bħalissa hemm ħafna każijiet ta’ ħosba.

Huwa qal li filwaqt li fl-elfejn u sittax, fl-Ewropa kien hemm aktar minn ħamest elef każ ta’ ħożba, din is-sena f’sitt xhur kien hemm aktar minn erbgħin elf każ, fosthom sitta f’Malta.Aqra aktar

Tużax dan is-sett tal-ikel!

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed iwissi lill-pubbliku biex ma jużax dan is-sett ta’ tal-ikel tat-tfal (hekk kif muri fir-ritratt), għaliex  il-prodotti jeċċedu l-valur tal-limitu tal-migrazzjoni tal-formaldehyde.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333  jew jibgħat email fuq [email protected]

Send this to a friend