saħħa | One News - Part 3

Notifiki

Bil-Filmat: il-Prim Ministru jinawgura ċ-Ċentru tas-Saħħa f’Ħal Kirkop

Inawgurat iċ-Ċentru tas-Saħħa f’Ħal Kirkop li ser iservi bħala l-ewwel post ta’ trattament għall-kura għar-residenti tan-naħa t’isfel ta’ Malta, b’mod partikolari għal familji minn Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħal Farruġ u l-Imqabba.

B’investiment ta’ madwar miljun ewro, aktar minn 28,000 resident ser ikunu jistgħu jinqedew bl-aktar mod faċli mingħajr ebda skariġġ żejjed. Fl-istess waqt ser ikun qed jittaffa l-piż minn fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana li fih kinu jirrikorru għall-kura.

Aqra aktar

Iċ-ċiklu li jmiss tal-IVF se jsir bl-emendi l-ġodda fil-liġi

Il-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa approva b’mod unanimu l-protokoll dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF – li kienu diġà approvati mill-Parlament kemm fil-plenarja u kif ukoll fil-kumitat tal-abbozz ta’ liġijiet bil-għan li aktar koppji jsiru ġenituri.

Permezz ta’ dan il-protokoll, l-Awtorità se tkun tista’ tawtorizza l-fertilizzazzjoni ta’ aktar minn żewġ bajdiet sa massimu ta’ ħamsa.Aqra aktar

Tagħrif buttuna ‘l bogħod- MyHealth storja ta’ suċċess

Aktar minn 50,000 pazjent taw il-kunsens tagħhom lil tobba tal-għażla tagħhom biex jaraw it-tagħrif mediku tagħhom fuq myHealth. Barra minn hekk, madwar 17,000 pazjent għamlu użu direttament huma stess minn dan is-servizz. Sa tliet snin ilu dawn iż-żewġ ċifri kienu inqas minn 5,000 u inqas minn 2,000 rispettivament.

MyHealth huwa l-portal tal-Gvern li jagħti aċċess għal diversi servizzi tas-saħħa  lill-pazjenti u t-tobba. Permezz tal-myhealth wieħed jista’ jkollu fost oħrajn:  sommarji dwar il-kura li jkun ingħata l-pazjent waqt li jkun rikoverat l-isptar, riżultat tat-testijiet tal-laboratorju li jinħadmu l-isptar, rapporti dwar l-X-rays li jittieħdu fl-isptar u fiċ-ċentri tas-saħħa u jara l-appuntamenti li wieħed għandu fl-isptarijiet u fiċ-ċentri tas-saħħa.Aqra aktar

Aċċess iktar faċli għal testijiet l-Isptar għat-tobba u għall-pazjenti

Tobba tal-familja se jkollhom il-faċilità li jordnaw testijiet tad-demm lill-pazjenti minn fuq l-applikazzjoni tal-My Health online. Dan is-servizz tnieda l-Ħamis filgħodu mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li spjega kif dan se jżid l-effiċjenza b’kontinwità ta’ kura aħjar għall-pazjent.

“Mill-lum jista’ jordna testijiet ta’ demm anka b’mod diġitali biex b’hekk apparti li jkun hemm din l-informazzjoni li issa qiegħda għand kulħadd din is-sistema saret iktar effiċenti u b’inqas skariġġ għall-pazjent. tnaqqas il-ħtieġa li jrid joqgħod imorru jiġru bil-karti miċ-ċentru tas-saħħa għal għand it-tabib u jerġa jmur għand it-tabib u jerġa jmur joħdulu d-demm. Issa dan kollu jista’ jiġri b’daqqa ta’ seba fuq l-ipad”.Aqra aktar

L-istil ta’ ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin se jkun studjat biex jaraw l-impatt fuq saħħet il-bniedem

5,000 persuna f’Malta u Għawdex se jkunu misitedna jieħu sehem fi stħarriġ intensiv dwar l-istill ta’ ħajja li jgħixu fiha. L-għan ta’ dan l-istħarriġ huwa li jiġi analizzat kif l-affarijiet ta’ kuljum jaffettwaw saħħet il-persuni.

Ir-rizultati li joħorġu minn dan l-istħarriġ se jgħinu lill-Gvern ifassal l-istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa għall-2020-2030.

Fit-tnedija ta’ dan l-istħarriġ, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li mill-Erbgħa, il-persuni magħzula mir-reġistru elettorali se jirċievu invit sabiex jipparteċipaw għal dan l-istħarriġ. Dan filwaqt li jiġu indirizzati nuqqasijiet li jista’ għad hemm fis-soċjetà Maltija u li jistgħu jinfluwenzaw l-ugwaljanza tas-saħħa fost il-poplu.Aqra aktar

Qalbek ixjeħ minnek? Iċċekkja…

Kont taf li qalbek tista’ tkun ‘ikbar’ minnek? U mhux b’mod tajjeb.

Studju li sar fl-Ingilterra juri li skont il-mod kif wieħed jgħix ħajtu jiddetermina l-‘età’ ta’ qalbu. L-istudju sar bħala parti minn inizjattiva biex ikun hawn iktar għarfien dwar kif wieħed jgħix ħajja attiva u b’saħħitha.

Erba’ minn kull ħames adulti huma f’riskju ta’ mard tal-qalb, u mewt qabel iż-żmien, għaliex l-istil ta’ ħajja tagħhom xejjaħ lil qalbhom qabel iż-żmien.Aqra aktar

Send this to a friend