saħħa – Page 24 – One News

Notifiki

ZIKA: Malta b’riskju moderat

L-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ħarġet lista ta’ pajjiżi li l-aktar li huma f’periklu li jkunu affetwati mill-virus Zika.

Pajjiżna jinsab fil-lista ta’ dawn f’riskju moderat. Dawn jinkludu Franza, l-Italja, Malta, il-Kroazja, Spanja, Monako, San Marino, it-Turkija, il-Greċja, l-Iżvizzera, l-Iżrael, il-Bulgarija u l-Islovenja.

Aqra aktar

Ftehim fil-qasam tas-saħħa bejn Malta u l-Montenegro

Ftit tal minuti ilu ġie iffirmat Memorandum of Understanding dwar oqsma mediċi bejn il-Minsitru tas-Saħħa tal-Montenegro u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.  Dan se jinkludi skambju ta’ studenti wara li jkunu gradwaw. Malta mistennija sservi wkoll ta’ post fejn studenti mill-Montenegro jiġu jistudjaw.

Is-settur mediku mhux l-unika wieħed fejn se jkun hemm koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, iżda se jkun hemm koperazzjoni wkoll fejn jidħol is-settur turistiku.

Aqra aktar

Kont tonfoq kemm trid, iħallas Mater Dei

Meta fl-2013, il-Partit Laburista tela’ fil-Gvern kien sab sitwazzjoni mwiegħra fl-accounts ta’ Mater Dei, tant li fis-sena 2012, ma sarux financial statements.

Dan żvelaħ il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, waqt il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari, ilbieraħ fil-Parlament. “Mater Dei hija intrapriża kbira li ta’ kull sena jkollha nefqa ta’ kwart ta’ biljun, iżda l-Partit Nazzjonalista la kien għamel financial statements  fl-2012 u lanqas kellhom accounting  policy għal dan l-isptar” qal il-Ministru.

Aqra aktar

F’dagħdigħa biex tikkritika, Claudette kritikat lilha nfihsa

Buttigieg kienet mill-aktar negattiva fil-qasam tas-saħħa f’intervent li għamlet il-bieraħ waqt attività politika tal-PN. 

Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa nnota li Buttigieg selmet lil omm għax bintha kienet għal kura f’sala fis-sular minus one ta’ Mater Dei. Din hija waħda mis-swali li nfetħet fl-2011 fi żmien Gvern Nazzjonalista, meta Buttigieg kienet taħdem fid-Dipartiment tas-Saħħa. Għalhekk Buttigieg spiċċat tikkritika lilha nnfisha.

“Ġojjell li wiret dan il-Gvern minn ta’ qablu” – b’dan il-mod ix-shadow Minister għas-Saħħa, Claudette Buttigieg iddeskriviet l-Isptar Mater Dei, minkejja l-problemi strutturali kbar li għalih il-poplu ser ikollu jħallas €150 milijun.

Aqra aktar

Demm rari: minn 40 jum għal 10 snin

Bħalissa għaddejjin testjiet sabiex jiġi ċċertifikat apparat li ser jippermetti li boroż ta’ demm rari jkunu jistgħu jinżammu iktar fit-tul, jiġifieri minn 40 jum jiġu friżati għal għaxar snin. Dawn jinżammu f’temperatura ta -70 grad celcius.

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne meta żar il-bank tad-demm fi Gwardamangia.

Aqra aktar

Lejn inqas stennija għall-operazzjonijiet

Pazjenti li jaqbżu ċertu ammont ta’ stennija għal kura medika partikolari fl-isptar pubbliku, jingħataw trattament privat mingħajr ħlas.

Dan qed ikun propost f’patient charter li tnieda t-Tnejn filgħodu u li huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna. Dan huwa dokument ta’ konsultazzjoni strutturat fuq tmien prinċipji biex jinftiehmu aħjar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-pazjenti.

Aqra aktar

Send this to a friend